
L-inawgurazzjoni tal-Parlament il-Ġdid
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Parlament il-Ġdid
4 ta' Mejju 2015 15:42
minn Staff Reporter
minn Staff Reporter



Il-Parlament, illum se jkun qed jibdel il-post minn fejn jopera, u għalhekk, se ssir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-bini tal-Parlament il-ġdid. Għall-ħabta tas-6 ta' filgħaxija, tibda l-ewwel seduta f'dan il-Parlament li huwa deċiż li se tiġi diskussa l-liġi tat-tibdil fil-klima.
17:39
Veronica Lynn Mizzi
17:25
Veronica Lynn Mizzi
17:21 Il-President tal-Kamra jakkumpanja lill-Membri Parlamentari u l-mistiedna fil-plenarja fejn għandha tibda l-ewwel seduta f'dan il-bini għall-ħabta tas-sitta ta' filgħaxija
Veronica Lynn Mizzi
17:18 L-Arċisqof jippreżenta pittura ta' San Tumas Moore li hu l-qaddis patrun tal-politiċi, xogħol ta' Manuel Farrugia
Veronica Lynn Mizzi
17:13 It-tberik tal-bini mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
Veronica Lynn Mizzi
17:13 Tinkixef il-plakka kommemorattiva, waqt li l-banda tal-Korp tal-Pulizija ddoqq fanfara
Veronica Lynn Mizzi
17:12 Jgħaddi l-muftieħ tas-sala tal-Parlament lill-President tal-Kamra tad-Deputati bħala sinjal li l-Korp tal-Pulizija qed jassumi r-responsabbiltà tas-sigurtà tal-binja tal-Parlament
Veronica Lynn Mizzi
17:10 Għalhekk fl-aħħarnett nawguralkom bżulija u ħidma ġenwina f’dan il-bini ġdid, b’risq id-demokrazija li tista’ tkun imsaħħa biss meta naħdmu favur l-inklużjoni soċjali, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, it-tolleranza, il-ġustizzja soċjali u r-rispett lejn id-diversità." - Marie Louise Coleiro Preca
Veronica Lynn Mizzi
17:07 Taċċenna wkoll l-attenzjoni li għandha tingħata lill-ambjent, edukazzjoni, impjiegi u ħarsien soċjali
Veronica Lynn Mizzi
17:04 Il-President issemmi l-problemi li r-reġjun ta' madwarna qed jaffaċja u dan iwassalhom li jitilqu minn pajjiżhom, waqt li appellat sabiex il-membri parlamentari jaħdmu flimkien sabiex tinstab soluzzjoni
Veronica Lynn Mizzi
16:58 Il-President tappella għar-rispett bejn il-membri tal-kamra anke meta ma jkunx hemm qbil u dan biex ikun ta' eżempju għall-poplu
Veronica Lynn Mizzi
16:55 Il-President Marie Louise Coleiro Preca, fid-diskors tagħha ssemmi li minkejja d-diffikultajiet ta' pjjiżna, xorta rnexxielu jimxi 'l quddiem
Veronica Lynn Mizzi
16:52 "Nawgura li minn dan il-Parlament ikomplu jmorru 'l quddiem liġijiet għall-ġid tal-poplu." - Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra
Veronica Lynn Mizzi
16:52 Il-President tal-Kamra tad-Deputati, fid-diskors tiegħu jappella għat-trasparenza waqt li jħabbar li se jkun hemm video streaming tas-seduti tal-parlament fuq it-TV u fuq l-internet
Veronica Lynn Mizzi
16:46 Il-President tinspezzjona l-gwardja tal-unur
Veronica Lynn Mizzi
16:44 Jindaqq l-innu Malti mill-banda tal-Pulizija
Veronica Lynn Mizzi
16:43 Tasal ukoll il-President ta' Malta waqt li tintlaqa' mill-ispeaker, il-Kummissarju waqt li tingħata s-salut mill-Gwardja tal-Unur
Veronica Lynn Mizzi
16:35 Aktar kmieni, wasal l-Arċisqof Charles J. Scicluna li mistenni jbierek il-bini tal-Parlament il-ġdid
Veronica Lynn Mizzi
16:34 Jasal il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, u jingħata s-salut
Veronica Lynn Mizzi
16:27 Il-membri tal-korp tal-Pulizija li se jkunu nkarigati mis-sigurtà ingħataw taħriġ speċifiku dwar it-teknoloġiji l-ġodda li għandu l-Parlament. Is-sigurtà f'dan il-post se tkun 24 siegħa u mhux biss fil-ħinijiet tas-seduti tal-Parlament
Veronica Lynn Mizzi
16:23 Il-Membri Parlamentari waslu quddiem il-bini tal-Parlament il-ġdid, akkumpanjati mill-Banda tal-Pulizija
Veronica Lynn Mizzi
16:19 Il-membri Parlamentari bdew bil-mixja tagħhom minn Pjazza San Gorg li għandha twassal għall-Parlament il-Ġdid
Veronica Lynn Mizzi
16:10 Id-69 membru parlamentari jinsabu fi pjazza San Gorg fejn se jkunu qed jassistu għal ċerimonja qasira simbolika fejn fl-entratura tal-Palazz, gwardja tal-Forzi Armati ta' Malta jagħti l-muftieħ tas-Sala tal-Parlament lill-gwardja tal-Korp tal-Pulizija bħala sinjal ta' trasferiment tar-responsabbiltà għas-sigurtà tal-binja fejn se jiltaqa' l-Parlament
Veronica Lynn Mizzi
16:07 Il-Membri parlamentari jsellmu l-Kamra tal-Arazzi fejn hemmhekk il-Parlament, iltaqa' bejn l-1921 u l-1976
Veronica Lynn Mizzi
16:03 Il-membri tal-Parlament bdew jinġabru sabiex flimkien mill-Palazz, jibda miexi lejn pjazza San Gorg
Veronica Lynn Mizzi
15:56 F'misraħ San Gorg, il-banda tal-Pulizija qed iddoqq waqt li tistenna li l-Membri Parlamentari joħorġu mill-bini tal-Parlament
Veronica Lynn Mizzi
15:54 Fid-diskussjoni dwar din l-inawgurazzjoni storika, preżenti fuq TVM, l-eks Membru parlamentari, Franco Debono
Veronica Lynn Mizzi
15:53 "Għaddejna diversi mumenti f'dan il-Parlament, fejn minn pajjiż Indipendenti imxejna għal pajjiż membru tal-UE, fejn għaddejna bosta liġijiet u mozzjonijiet biex nagħmlu l-ħajja tan-nies aħjar" - David Agius - Whip PN
Veronica Lynn Mizzi
15:51 "Se mmorru f'bini li jissimbolizza t-trasparenza u nittama li b'hekk il-Parlament jersaq iktar viċin il-media u l-poplu" - Godfrey Farrugia - Whip PL
Veronica Lynn Mizzi
15:41 Il-Membri Parlamentari jiltaqgħu quddiem il-bieb prinċipali tas-sala tal-Kamra tad-Deputati, fejn hemmhekk il-Parlament iltaqa' bejn l-1976 u l-2015
Veronica Lynn Mizzi
More in Socjali