Impjegati tal-Bank of Valletta jilbsu l-Jeans għal Puttinu Cares

Il-pubbliku mħeġġeġ jipparteċipa wkoll billi jagħti donazzjoni

Ħaddiema tal-IT tal-BOV waqt il-Jeans Day
Ħaddiema tal-IT tal-BOV waqt il-Jeans Day
Ħaddiema tal-Business Centre tal-fergħa tal-Imsida
Ħaddiema tal-Business Centre tal-fergħa tal-Imsida
Ħaddiema tal-fergħa tal-Imsida
Ħaddiema tal-fergħa tal-Imsida

Klijenti tal-Bank of Valletta li żaru l-fergħat tal-Bank nhar il-Ġimgħa 24 ta’ April ġew milqugħa minn impjegati libsin il-jeans.  Il-Jeans Day ġiet organizzata fil-fergħat u d-dipartimenti kollha fi ħdan il-Grupp Bank of Valletta b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Marigold – BOV in the Community, bil-għan li jinġabru fondi b’risq l-entità mhux governattiva Puttinu Cares Cancer Support Group.

L-impjegati tal-Bank li pparteċipaw f’din l-inizjattiva għamlu dan billi taw donazzjoni minima, waqt li l-klijenti li żaru l-fergħat jew iċ-ċentri tal-BOV matul il-ġurnata ġew imħeġġa jipparteċipaw ukoll billi jagħtu donazzjoni żgħira.  Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ sabiex jipparteċipa billi jagħti donazzjoni fil-kont ta’ BOV bin-numru 40023054082.

Il-fondi kollha miġbura permezz ta’ din l-inizjattiva ser jiġu ppreżentati lil Puttinu Cares waqt il-11-il edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol u l-Volleyball li ser issir bejn it-8 u l-10 ta’ Mejju fil-Grawnd tal-Marsa.

More in Socjali