Supermarket isib droga moħbija fost il-banana

Jidher li dan il-fenomenu qed jiġri ta' spiss fil-Ġermanja

Aktar minn 300kg kokaina misjuba moħbija f'kaxxi tal-banana
Aktar minn 300kg kokaina misjuba moħbija f'kaxxi tal-banana

Aldi, supermarket kbir internazzjonali sab konsenja enormi ta' kokaina għat-tieni darba fi 18-il xahar fi 13-il stabbiliment tiegħu f'Berlin.

Skont rapporti lokali jidher li l-pulizija sabu aktar minn 300kg kokaina b'valur ta  €15m (£11m) moħbija fil-kaxxi tal-banana.

L-impjegati tas-supermarkets f'Berlin u Brandenburg sabu droga mgeżgwra bejn il-banana meta bdew jiftħu l-kaxxa tal-frott, fejn mill-ewwel infurmaw il-pulzija. Il-lejl li għadda, il-pulizija bdew ifittxu f'aktar stabbilimenti u mħażen biex jaraw jekk hemmx aktar minn din il-konsenja biex jaraw kif spiċċat għand Aldi, kif ukoll għand min kienet intenzjonata li tasal oriġinarjament.

F'Jannar tal-2014 instabu 140kg kokaina moħbija f'ħames supermarkets f'Berlin - it-tieni l-akbar sejba f'din il-belt f'35 sena. Dakinhar kien intqal li t-traffikanti kienu għamlu "żball loġistiku". Hawn, kemm id-droga kif ukoll il-banana kienu ġejjin mill-Kolombja lejn Hamburg. 

Jidher li dan il-fenomenu fejn fih tiġi moħbija d-droga fl-ikel hija komuni fil-Ġermanja, fejn is-sena l-oħra instabet konsenja ta' kokaina b'valur ta' €1.5m moħbija f'konsejna kafè lejn Berlin.

More in Socjali