In-nefqa għall-benefiċċji soċjali naqset b'4.6% fl-ewwel tliet xhur tal-2015 meta mqabbel ma' dan l-istess perjodu fl-2014. Dan skont statistika li ħarġet mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Intefqgħu total ta' €196.9 miljun fl-2015, tnaqqis ta' €9.4 miljun mal-istess tliet xhur tal-2014. Il-fattur ewlieni wara dan it-tnaqqis kien nefqa imnaqqsa fuq Benefiċċji Non-Kontributorji - tnaqqis ta' €12.4 miljun. Min-naħa l-oħra kien hemm żieda b'€3 miljun f'Benefiċċji Kontributorji.
L-ogħla nefqa kienet żieda ta' €4.1 miljun fil-pensjonijiet għall-irtirar. Kien hemm tnaqqis min-naħa l-oħra f'Bonuses Kontributorji, Pensjonijiet għar-Romol u pensjonijiet għall-Invalidità.