Titjiriet bejn Malta u Ruma affettwati min-nirien fi Fiumicino

Sitwazzjoni ta' paniku dalgħodu f'Ruma hekk kif jingħalaq terminal 3 fl-Ajruport Internazzjonali ta' Fiumicino
 

Dewmien fl-Ajruport ta' Fiumicino hekk kif dalgħodu inħakem minn nirien
Dewmien fl-Ajruport ta' Fiumicino hekk kif dalgħodu inħakem minn nirien

Nirien li ħakmu l-Ajruport ta' Fiumicino f'Ruma jwasslu għal bosta dewmien u tħassir ta' titjiriet lejn u minn dan l-Ajruport.
It-titjiriet segwenti minn/lejn Ruma ġew ikkanċellati:

 

  • Alitalia titjira n. AZ886 li jasal f'12:15.
  • Alitalia titjira n. AZ887 li jitlaq fis-13:05.
  • L-istess jgħodd għat-titjiriet n. KL3593/4 [KLM], SU3275 [Aeroflot], EY7090/4 [Etihad Airways], AF9792/3 [Air France], DL6609 [Delta Airlines].

Min-naħa l-oħra, it-titjiriet segwenti minn/lejn Ruma ħa jitilqu aktar tard:

  • Airmalta titjira n. KM 612 li jitlaq fit-08:35, li hu mistenni li jitlaq fis-19:15
  • Air Malta titjira n. KM 613 li jasal fin-12:25 li l-ħin tal-wasla tiegħu għadu ma nħariġx
  • L-istess japplika għat-titjiriet EY7290/1 [Etihad Airways], AG9212/3 [Meridiana]

In-nar fl-Ajruport f'Ruma jidher li huwa riżultat ta' nar li beda f'restaurant fl-ajruport stess, li iżda nfirex mal-maġġor parti ta' Terminal 3. Dan jintuża għal titjiriet internazzjonali. In-nar beda ftit wara Nofsillejl u nfirex malajr, saħansitra sas-sala tal-bagalji. Huwa smat li sa 400metri kubi ta' ħwienet inharqu b'konsegwenza.

 

More in Socjali