Il-Vatikan 'qed jikkunsidra l-possibilità' li joħroġ viżas lill-immigranti

Risposta għal proposta lis-Santa Sede biex l-immigranti ma jibqgħux vittmi tat-traffikanti

Il-Qassisin talbu lis-Santa Sede li jekk l-Ewropa mhix tagħmel biżżejjed, missu jagħmel xi ħaġa l-Vatikan
Il-Qassisin talbu lis-Santa Sede li jekk l-Ewropa mhix tagħmel biżżejjed, missu jagħmel xi ħaġa l-Vatikan

Il-Vatikan qiegħed jikkunsidra l-possibilità ta' proposta li saritlu fejn permezz tan-Nunziature Apostoliche - l-ekwivalent ta' ambaxxata tas-Santa Sede, jagħti viżas ta' dħul għal dawk li qed ifittxu l-ażil fil-pajjiz ta' oriġini tagħhom stess - sabiex jevitaw li dawn jispiċċaw vittmi ta' traffikanti ta' nies li jorganizzaw vjaġġi perikolużi mid-deżert u fuq il-baħar, li ħafna drabi qed ikollhom tmiem traġiku.

Din hija t-tweġiba tal-Ministru għall-Immigrazzjoni tal-Vatikan b'risposta għall-appell li sarlu fuq ir-rivista Taljana l'Espresso tal-ġimgħa l-oħra. L-għan wara dan kollu huwa li jinħarġu mill-periklu nies li għandhom dritt li jemigraw, u li b'hekk ikollhom mod legali u mhux perikoluż lejn pajjiżi fejn jistgħu jsibu aktar prosperità - fejn jistgħu jagħmlu vjaġġ permezz ta' linja tal-ajru, li tiswihom ħafna inqas mill-ammont ta' flus li jitolbuhom it-traffikanti.

Il-Kardinal Antonio Maria Vegliò, il-President tal-Kunsill Pontifiċju tal-Pastorali għall-Immigranti tkellem mar-rivista Taljana L'Espresso fejn qal li l-Papa Franġisku tressqitlu din il-proposta, u din "ħa tkun eżaminata". Huwa speċifika kif "Jekk proposta hekk issir realtà, dan ifisser li hemm ħafna elementi li jridu jiġu studjati. F'kull każ, l-għan tal-Knisja huwa li tipproteġi l-ħajja tal-bnedmin kollha, u li tħares l-importanza tad-dinjità ta' kull bniedem."

Fit-talba oriġinali, li saret minn erba' qassisin Dun Ciotti, Dun Zanotelli, Dun Rigoldi u Dun Colmegna, dawn qalu li jekk "L-Ewropa sinjura ma tridx tiftaħ pont uman, għandha tkun is-Santa Sede li tagħmel hekk: permezz tal-viżas maħruġa min-nunziature apostoliche - l-uffiċji diplomatiċi li jirrappreżentaw lis-Santa Sede fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani, fost l-oħrajn. B'hekk, l-immigranti li jkollhom bżonn jaħarbu, jistgħu ma jafdawx id-destin tagħhom f'idejn traffikanti, u minflok jistgħu jsalvaw lilhom infushom b'mod legali - saħansitra permezz ta' ajruplan, mezz tat-trasport aktar sigur u ħafna inqas għoli minn dak li jħallsu għall-post fi trakk u dgħajsa: madwar €500 meta mqabbel mas-€7,000 li jħallsu."

 

More in Socjali