It-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili tissaħħaħ b'membri ġodda

Fl-2015 din it-taqsima diġà assistit 'il fuq minn 760 każ

Il-Ministru Carmelo Abela ppreżenta l-ittri ta’ appuntamenti ġodda lil 41 rekluta ġdid  u 20 rekluta oħra ssekondati
Il-Ministru Carmelo Abela ppreżenta l-ittri ta’ appuntamenti ġodda lil 41 rekluta ġdid u 20 rekluta oħra ssekondati

It-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili kompliet tissaħħaħ b'aktar membri ġodda, biex b’hekk laħqet l-akbar numru li qatt kellha mit-twaqqif tagħha f'dawn l-aħħar sittax-il sena, 180 membru. Dalgħodu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ppreżenta l-ittri ta’ appuntamenti ġodda lil 41 rekluta ġdid  u 20 rekluta oħra ssekondati, li bħalissa qegħdin għaddejjin bi tnax-il ġimgħa ta’ taħriġ intensiv. "Napprezzaw il-ħidma bla waqfien tagħkom li b'tant passjoni toffru servizz impekkabbli lill-poplu waqt  mumenti diffiċli u b’hekk ser inkomplu ninvestu fikom", qal il-Ministru Abela waqt l-indirizz tiegħu. Huwa semmà li qed isir investiment li jammonta għal aktar minn 130 elf Ewro, f’xiri tà  lbies protettiv ġdid għall-membri kollha tà din it-taqsima li jservi biex isaħħaħ is-sigurtà tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol. Fost l-oħrajn, dan jikkonsisiti f’firekits, ingwanti, żraben u helmets kontra n-nar. Bħalissa diġà nxtara lbies protettiv ġdid għall-membri eżistenti  kollha tal-protezzjoni u lbies ieħor partikolari għat-taqsima tal-Hazmat u għaddej il-proċess li jinxtara l-ilbies ġdid għar-rekluti.
 
Kienet elenkata wkoll il-ħidma impenjattiva sabiex din it-Taqsima tibqà tiġi immodernizzata. Imniedi fuq pjan tà ħames snin, il-flotta ta’ madwar 50 vettura ta’ emerġenza diġà bdiet tinbidel għal spiża kapitali tà madwar tmien miljun ewro u s’issa diġà inxtraw mal 15-il vettura.
 
“Il-ħidma li taffaċċjaw quddiemkom tà kuljum m’hix waħda faċli peró tinkludi qlubija, kuraġġ u missjoni professjonali biex isservu u tipproteġu”, tenna l-Ministru Abela. Filfatt, fis-sena 2014, din it-taqsima kellha kważi 5000 sejħa għall-assistenza u fis-sena 2015 s’issa assistiet ‘il fuq minn 760 każ. L-akbar numru tà sejħiet tà assistenza kif previst, fis-sena 2014 reġgħu kienu xhur tas-sajf b’Awwissu jilħaq aktar minn 650 telefonata u lanqas xahar kien dak ta’ Diċembru b’madwar 270 sejħa. Il-każijiet ivarjaw minn assistenza tà nirien, inċidenti tat-traffiku, każijiet tà salvataġġ u anke każijiet fejn jiġu salvati annimali.
 
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Kap tà din it-Taqsima s-Sur John Rizzo li rringrazzja kemm lill-membri kurrenti u lir-rekluti ġodda tas-servizz tagħhom. Huwa tkellem fuq l-importanza tà taħriġ kontinwu lil membri kollha. Flimkien mal-Ministru Abela, huwa żar sessjonijiet ta’ taħriġ li kienu qegħdin isiru dalgħodu fosthom fil-qasam ta’ abseiling, tifi tan-nar u salvataġġ minn bini li jkun maħkum minn-nirien jew emerġenzi oħrajn.

More in Socjali