Wieħed minn kull tliet għasfur Ewropew f'riskju ta' estinzjoni

It-telf tal-bijodiversità tiswa lill-Ewropa €450 biljun fis-sena
 

Il-popolazzjoni tal-gamiem fl-Ewropa naqset b'90% mill-1980
Il-popolazzjoni tal-gamiem fl-Ewropa naqset b'90% mill-1980

Wieħed minn kull tliet għasfur Ewropew jinstab f'riskju serju ta' estinzjoni - dak skont studju li ġie nħareġ b'mod esklussiv mill-ġurnal Ingliż The Guardian, liema rapport iħares lejn l-ħajja salvaġġa fl-Ewropa u l-ħabitats naturali tal-annimali fl-Ewropa stess.

Ir-rapport tal-Istat tan-Natura tal-UE jpitter stampa drammatika għal dawk l-ispeċi tal-għasafar li xi darba kienu meqjusa speċi komuni, filwaqt li jwissi li l-ekosistemi mhux ileħħqu mal-impatt tal-attività tal-bniedem.

Mill-1980 l-popolazzjoni tal-gamiem niżel b'90% - liema speċi jaf titpoġġa jaf tiġi kklassifikata bħala waħda mill-aktar speċi li hija mhedda b'estinzjoni tal-Unjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tan-Natura (IUCN).

Wara refendum abrogattiv li sar ix-xahar li għadda f'Malta, il-kaċċaturi f'pajjiżna għad għandhom id-dritt li f'21 jum fir-rebbiegħa jikkaċċjaw fuq total massimu ta' 11,000 gamiema. L-istaġun ta' din is-sena ingħalaq qabel il-waqt mill-PM Malti Joseph Muscat wara numru ta' irregolitajiet u reati relatati ma' kaċċa illegali.

Mill-804 ħabitat naturali li ġie studjat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 77% kienu jinstabu f'kundizzjoni fqira, b'kważi terz tagħhom li marru għall-agħar sa mill-aħħar darba li sar l-istudju fl-2006. Kienu biss 4% li tjiebu.

Il-Kap tal-unit tar-riżorsi naturali ta' WWF Europe, Andreas Baumueller qal kif dan ir-rapport "juri biċ-ċar li l-ħajja salvaġġa u l-ħabitats naturali tal-Ewropa jinstabu fi kriżi." Huwa kompla jgħid kif "il-ħabitats tagħna qed imutu bil-mod il-mod, u magħhom qed joqtlu l-kapital naturali - rifless mill-ispeċi bħall-għasafar u l-friefet li qed jitpoġġew taħt pressjoni kbira minn agrikoltura u minn prassi tal-użu tal-art mhux sostenibbli."

L-istudju juri kif l-agrikoltura intensiva u l-bidla fl-art naturali hija l-akbar theddida għall-flora u l-fawna Ewropea. It-telf tal-bijodiversità tiswa lill-UE madwar €450 biljun fis-sena, jiġifieri 3% tal-Prodott Domestiku Gross tagħha. 

L-UE għandha sitt għanijiet tal-bijodiversità - li tara li jkun hemm tisħiħ leġiżlattiv, protezzjoni tal-ekosistema, sostenibilità imtejba fl-agrikoltura u l-forestrija, kontrolli dwar speċi invażivi u l-prevenzjoni tat-telf ta' bijodiversità globali. Xi wħud minnhom diġà ntleħqu, skont dan ir-rapport. Sabiex tilħaq il-bqija l-UE bħalissa għaddejja bix-xogħol fuq primarjament żewġ direttivi.

 

More in Socjali