Malta tinstab fil-quċċata tal-lista fir-rapport li nħareġ mill-UE dwar il-kwalità tal-baħar għall-għawm, liema post taqsam ma' Ċipru u l-Lussemburgu - fejn il-kwalità tal-baħar huwa wieħed eċċellenti.
B'mod ġenerali, 95% tal-ibħra li ġie studjat mill-UE kien jilħaq il-livelli minimi tal-kwalità tal-ilma meħtieġ għall-għawm. Kienu biss 2% tas-siti tal-għawm li ma jikkwalifikawx mal-istandards minimi tad-Direttiva għall-Ilma tal-Għawm. 83% mill-ilma għall-għawm li ġie studjat kklassifika bħala ta' kwalità eċċellenti.
Dan ir-rapport joħroġ mill-Kummissjoni Ewropea tħares lejn l-istat tal-ibħra tal-UE, L-Iżvizzera u l-Albanija. Dan ir-rapport joħroġ f'waqtu hekk kif daqt jiftaħ l-istaġun tal-għawm - fejn il-Kummissarju Malti Karmenu Vella, li ppreżenta r-rapport permezz ta' filmat (ara taħt), qal kif "L-ilma għall-għawm huwa importanti għalina sabiex nibqgħu b'saħħitna. L-aħbar it-tajba hija li l-kwalità tagħhom ħa tibqa' titjieb. Darb'oħra li tmorru tgħumu, ftakkru li l-UE kellha sehem importanti sabiex tara li l-ilma li qed tgħumu fih ikun sigur u nadif!"