Ir-rata għolja ta' twelid b'ċesarja qed jiġi kkritikat kemm mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif ukoll fost l-oħrajn, mill-qwiebel - fejn dawn tal-aħħar qed isostnu li parti mit-tort jista' jingħata lit-tobba.
Riċentament il-WHO tenniet għal darb'oħra r-rikomandazzjoni li r-rata ta' ċesarji f'pajjiż għandu jkun bejn 10-15%. Ir-rata ta' Malta, li hija waħda mill-ogħla fl-UE, fl-2013 kienet ta' 31.2%. L-Italja, Ċipru, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Islovenja għandhom rati ogħla biss.
F'dikjarazzjoni mill-kwartieri tagħhom f'Geneva, WHO wissew li twelid b'ċesrja jaf jwassal għall-kumplikazzjonijiet sinjifikanti, diżabilità u mewt, speċjalment fejn ikun hemm nuqqas ta' faċilitajiet sabiex l-operazzjonijiet isiru f'ambjent sigur.
F'rapport li deher fil-gazzetta MaltaToday, qabla b'esperjenza qalet li "xi drabi, t-tobba jagħtu parir lin-nisa tqal sabiex jagħmlu ċesarja bil-pretest li, per eżempju, it-trabi ħa jitwieldu b'rashom kbira."
"Fil-verità, ċesarja tkun aktar konvenjenti għat-tobba stess. In-nisa Maltin iridu jkunu aktar assertivi u mhux iqisu kliem it-tobba daqslikieku liġi." sostniet l-istess qabla, li baqgħet anonima.