Malta bl-ogħla rata ta' tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl fid-djar

Bejn it-tieni nofs tal-2013 u t-tieni nofs tal-2014 kien hemm tnaqqis ta' 26.3%
 

Malta l-aktar li rreġistrat tnaqqis fil-prezzijiet tad-dawl fid-djar bejn it-tieni nofs tal-2013, u t-tieni nofs tal-2014 - bi tnaqqis ta' 26.3%. Dan skont statistika li ħarġet mill-uffiċju tal-istatistika tal-UE, il-Eurostat.

Il-pajjiżi li ġew wara Malta kienu r-Repubblika Ċeka bi tnaqqis ta' 10.2%, l-Ungerija b'9.9%, l-Olanda b'9.6%, l-Islovakkja b'9.2% u l-Belġju b'7.8%.

L-akbar żidiet ġew rreġistrati fi Franza b'10.3%, il-Lussemburgu 5.6%, l-Irlanda b'5.4%, u l-Greċja b'5.2%.

Dawn il-figuri tal-Eurostat juru li t-taxxi fuq il-prezzijiet tad-dwal fid-djar kien differenti bejn l-Istati Membri - fejn kien hemm aktar minn 50% fil-każ tad-Danimarka, 52% fil-Ġermanja, u 5% f'Malta u fir-Renju Unit fit-tieni nofs tal-2014. Il-medja Ewropea ta' taxxi fuq il-prezzijiet tad-dawl fid-djar kien ta' 32%.

 

More in Socjali