Il-proġett tal-cruise terminal f'Għawdex

Se jinbena fejn Ħondoq ir-Rummien

Chapman Taylor intagħżel sabiex jiddiżinja l-proġett ta' €300 miljun f'terminal għall-cruiseliners, kif ukoll ċentru għad-divertiment f'Għawdex. Dan ħa jinbena fiż-żona magħrufa bħala Tas-Simar, fil-limiti ta' Ħondoq ir-Rummien

Il-kumpanija, bbażata f'Milan iddikjarat fuq is-sit tagħha li "ntagħżlet sabiex tiddiżinja proġett innovattiv f'dik li kienet barriera tal-ġebla tal-franka fl-aktar punt fl-Ilvant f'Malta, li jħares fuq il-Baħar Mediterran." Il-proposta ta' Chapman Taylor intagħżlet minn 14-il proġett li tressqu.

L-iskema tinkludi l-bini ta' terminal ġdid tal-cruises, yacht marina fuq stil kontemporanju, appartamenti residenzjali, vilel, lukanta lussuża u faċilitajiet ta' divertiment kif ukoll ħwienet b'veduti panoramiċi fuq il-baħar.

Fuq is-sit, il-grupp ta ħarsa lejn kif ser ikun il-proġett, fejn qal li l-marina l-ġdida ser tiġi mħaffra u mibinija fil-ġebla stess, fejn l-appartamenti jserrħu fuq l-irdum, bil-faċċati tagħħom ikunu mibnija mill-istess ġebla. Il-vilel ħa jkunu qed iwasslu sal-baħar permezz ta' niżla naturali. Saħqu kif il-ġebla nfurzat l-arkitettura u hija l-aktar materj tal-kostruzzjoni l-aktar importanti f'dan il-proġett.

 

 

More in Socjali