Cambridge English ser tkun qed teżamina l-livell tat-tagħlim tal-Ingliż f'Malta, mill-istituzzjonijiet primarji sa dawk post-sekondarji.
Illum il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo ffirma ftehim ta' sentejn ma' fergħa tal-Università ta' Cambrige, li permezz tiegħu l-bord jista' jagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni f'Malta u tagħti pariri dwar kif tista' tittejjeb is-sitwazzjoni.
Hanan Khalifa, il-Kap għall-Iżvilupp Internazzjonali u r-Riċerka tal-Cambridge English Language Assessment kien preżenti u ffirma f'isem l-Università Ingliża. Min-naħa tiegħu, il-PM Joseph Muscat tkellem dwar l-impenn tal-gvern biex ibiddel lil Malta f'hub tal-edukazzjoni, kif ukoll saħaq fuq kif hemm bżonn li dan jittieħed fuq livell ġdid.
Cambridge English ilha mwaqqfa għal aktar minn 100 sena, u l-eżamijiet tagħha huma aċċettati minn aktar minn 20,000 università, impjegat, u gvern madwar id-dinja.