It-Tnaqqis fil-flotta se timmina s-salvazzjoni tal-AirMalta - il-piloti

L-assoċjazzjoni tal-piloti tgħid li jekk isir dan l-Air Malta tkompli timmina l-kapaċita li tikkompeti fis-suq tal-lum 

B'referenza għall dak li qed jintqal mill-Air Malta li qed tikkonsidra li tnaqqas il-flotta tagħha, ALPA - Malta, l-assoċjazzjoni tal-piloti hi nkwetata li din il-mossa tista tagħmel l-affarijiet aktar diffiċli u ħżiena għal Air Malta li b'hekk timmina l-kapaċita li tikkompeti fis-suq tal-lum. Dan ifisser li l-AirMalta mhux qed tħares fit-tul iżda li fil-qosor ħafna. Dan jimmina wkoll il-prospetti ta' espansjoni u ultimament l-uniku salvazzjoni tagħha.

Huma jaqblu li l-Air Malta qalet li se jżidu t-titjiriet tagħhom għax-Xitwa, l-ALPA tispera li sar il-homework sew speċjalment li l-airline qalet li lesta tagħmel iż-jed titjiriet b'inqas ajruplani. Qalu li għandhom id-dubji tagħhom jekk dawn il-pjanijiet humiex possibbli.

Li tnaqqas l-ajruplani wieħed joħloq dubji għal futur tal-AirMalta u dan jista jkun  katastrofiku meta tħares lejh bħala pjan fit-tul. Qalu li filwaqt li nuqqas fil-flotta jfisser nuqqas fl0ispejjeż hu inevitabbli wkoll li id-dħul se jonqos sew u dan ifisser inqas ċans li l-AirMalta tista tagħmel xi tip ta' qliegħ.

l-ALPA qed titlob lill-AirMalta biex tħares lejn inizjattivi biex ikollha aktar dħul, fejn fosthom hemm proposti minn diversi stakeholders u anke minnhom stess, jekk iridu jassiguraw il-futur tal-AirMalta.

More in Socjali