Il-Park tal-majjistral jinbidel f'miżbla
Persuni mhux magħrufa jarmu skart goff f'sit ta' Natura 2000
.jpg)
More in Socjali
Persuni mhux magħrufa jarmu skart goff f'sit ta' Natura 2000
Ħafna materjal goff ġie mitfuh ġo sit ta’ Natura 2000 fil-Park tal-Majjistral minn persuna jew persuni mhux magħrufa. Dan ġie skopert waqt rondi ta’ sorveljanza mill-gwardjani tal-Park. Dan il-materjal ġie mitfuh minn fuq ix-xagħri għall-isfel ġol-irdum u jikkonsisti f’ħafna materjal differenti fosthom kompjuters, saqqijiet u ħadid. Il-Park qed jistudja l-aħjar possibilita kif dan il-materjal goff jista jitneħħa minn ġol-irdum. Il-persuna jew persuni nvoluti f’dan l-att irresponsabbli u llegali kellu jgħamel jew jgħamlu użu minn vettura sabiex iwassal l-materjal sax-xifer tal-irdum u jitfgħu għall-isfel.
Il-Park tal-Majjistral jikkundanna dan l-att ta’ vandaliżmu u qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinqabad minn tefa’ dan l-skart goff. Kull min għandu xi tagħrif fuq dan il-każ jista jikkuntatja lill-Park fuq telefon 21521291 jew email [email protected], anka billi jibqa anonimu u kull informazzjoni tibqa kunfidenzjali.