Individwi jiġbru flus mid-djar taparsi f'isem Dr Klown

L-NGO tisħaq li dan il-ġbir ta' flus mhux awtorizzat minnha u titlob lill-pubbliku biex jirrapporta dan l-abbuż

L-organizzazzjoni Dr Klown ġiet informata li hemm xi individwi mhux awtorizzati li qed iduru dar dar u jiġbru l-flus taparsi f'isem din l-NGO. Dr Klown jixtiequ jinfurmaw li din mhix prassi li jagħmlu, hekk kif il-ġbir ta' fondi awtorizzat minnhom qatt ma jsir permezz ta' ġbir ta' flus mid-djar.

Ir-rapporti daħlu wara li xi individwi bdew iduru d-djar fl-Imsida jitolbu l-flus. L-NGO talbet lill-pubbliku biex taħt l-ebda ċirkostanza ma jagħtu flus lil dawn in-nies mhux awtorizzati, hekk kif tenniet li l-unika ġbir ta' fondi awtorizzat minnha jsir permezz ta' attivitajiet jew avvenimenti ta' ġbir ta' fondi.

Dr Klown qed titlob lil min jixtieq jirraporta xi abbuż jagħmel dan fuq  21374676 jew b'email fuq [email protected]. Il-pubbliku mitlub ukoll jirrapporta dan il-ġbir mhux awtorizzat lill-għassa tal-pulizija.

More in Socjali