In-numru ta' turisti li daħlu f'Malta f'April ta' din is-sena żdied b'2.5% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra - għan-numru ta' 151,924 turist. Dan skont statistika li nħarġèt mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistiika.
Intefqu medja ta' €119.1 miljun minn dawn it-turisti - żieda ta' 3.8% jew €4.4 miljun meta mqabbel ma' April tal-2014. Kien hemm tnaqqis żgħir fin-numru ta' iljieli li qattgħu, bi tnaqqis ta' 0.2 iljieli.
Skont l-istess statistika kien hemm żieda ta' 5.7% ta' turisti minn Jannar sa April tal-2015 fuq l-istess żmien is-sena l-oħra. L-infieq ta' dawn it-turisti żdied b'6.8% - total ta' €311.2 miljun, jiġifieri żieda ta' 6.8%, €19.8 miljun fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Paul Bugeja qal li jinstabu "kuntenti tassew li qed jaraw li x-xogħol li qed isir biex titħares il-konnetività u t-tqegħid tad-destinazzjoni tagħna fuq swieq barranin qed irendi f'tkabbir kontinwu fin-numru ta' turisti li jżuru lil Malta u fl-iljieli li qed iqattgħu hawn."