Il-Prodott Domestiku Gross (PDG) fl-ewwel kwart tal-2015 żdied b'0.4% kemm fiż-żona Ewro, kif ukoll fl-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, meta mqabbel mal-kwart tas-sena ta' qabel. Dan skont statistika li ħarġet mill-Eurostat, l-uffiċju tal-istatistika tal-UE.
Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta' qabel, il-Prodott Gross Domestiku żdied b'1.0% fiż-żona Ewro u b'1.5% fil-pajjiżi tal-UE fl-ewwel kwart tal-2015, wara li kien hemm żieda ta' 0.9% u 1.4% fil-kwart tas-sena ta' qabel.
Tul l-ewwel kwart tal-2015, il-prodott domestiku gross tal-Istati Uniti naqas b'0.2% meta mqabbel mal-kwart ta' qabel. Madanakollu meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena qabel, kien hemm żieda ta' 2.7%
L-ogħla żieda meta mqabbel mal-kwart tas-sena ta' qabel ġie rreġistrat fir-Repubblika Ċeka b'3.1%, segwit minn Ċipru u r-Rumanija t-tnejn b'1.6%. Ġie rreġistrat tnaqqis fil-Litwanja b'0.6%, l-Estonja b'0.3%, il-Greċja b'0.2% u l-Fillandja b'0.1%.
L-informazzjoni għal Malta ma kinitx disponibbli.