Il-Papa Franġisku joħloq tribunal biex jiġġudika l-isqfijiet dwar il-pedofelija

Dan il-pass kien deskritt bħala wieħed bla preċedent

Il-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku approva l-proposta biex jinħoloq tribunal li jisma' l-każijiet ta' isqfijiet akkużati li jkunu qed jaħbu u jgħattu abbużi li saru minn qassisin pedofli.

Dan sar wara li l-Papa ingħata parir mill-panel li m'ilux li twaqqaf, li qed jiffoka fuq l-abbuż sesswali klerikali.

Il-gruppi tal-vittmi ilhom jitolbu lill-Vatikan biex jagħmlu aktar biex l-isqfijiet ikunu kontabbli għall-abbuż li jsir waqt it-tmexxija tagħhom. F'dikjarazzjoni l-Vatikan qal li d-dipartiment se jkun taħt l-awspiċi tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi.

Il-panel tal-Vatikan, li ta' parir li jsir dan il-pass, inħolqot biex tgħin lid-djoċesi ttejjeb l-prevenzjoni tal-abbuż permezz ta' miżuri varji, u kif ukoll biex tgħin lill-vittmi.

 

More in Socjali