Kollox aktar imrassas fuq l-ajruplani
Bagalji iżgħar għal proċess aktar mgħaġġel, u toilets iżgħar għal aktar postijiet abbord
More in Socjali
Bagalji iżgħar għal proċess aktar mgħaġġel, u toilets iżgħar għal aktar postijiet abbord
Aħbar tajba għall-ħwienet tal-bagalji u tal-basktijiet, imma aħbar ħażina għal dawk li beħsiebhom jagħmlu xi safra, hekk kif ħafna mill-kumpaniji tal-ajru iridu jnaqqsu d-daqs tal-bagalji li jitħallew jitilgħu fuq l-ajruplan - dawk li nafuhom bħala hand luggages. Dan ifisser li mhux talli l-passiġieri ħa jkollhom itellgħu anqas affarijiet magħhom fuq l-ajruplan, talli ħa jispiċċaw jixtru bagalja oħra li ma tkunx akbar mid-dimensjonijiet l-ġodda.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport tal-Ajru (IATA), li fiha huma msieħba aktar minn 260 kumpanija tal-ajru, pproponiet li jkun hemm tnaqqis fil-limitu massimu tad-daqs tal-bagalji - 55 cm x 35 cm x 20 cm li fihom ma jistax ikun hemm aktar minn 38.5 litri ta' oġġetti. Fi kliem ieħor, 39% inqas meta mqabbel mal-istandards kurrenti ta' Iata, jiġifieri, 56 x 45 x 25 cm.
Kelliem għal Iata qal li dawn huma linji gwida, fejn il-kumpaniji kollha se jkunu ħielsa li jistabilixxu l-limiti tagħhom huma stess. Iżda jidher li hemm diġà tmien kumpaniji interessati: Air China, Avianca, Azul, Cathay Pacific, China Southern, Emirates, Lufthansa e Qatar. Xi 30-40 oħra qed jgħidu li huma "interessati" fil-proposta. Id-daqsijiet ġodda huma inqas minn dawk li jippermettu kumpaniji bħal American Airlines, Delta, United, Southwest, British Airways, EasyJet, Lufthansa, Air France e Emirates.
L-iskop huwa li jgħaġġel il-proċess tat-tlugħ fuq l-ajruplan - hekk kif ħafna drabi jkun hemm ħafna telf ta' ħin biex passiġġieri jsibu fejn ħa jpoġġu l-bagalja fuq l-ajruplan.
Jidher ukoll li l-kumpanija Boeing ddikjarat li biex ittejjeb il-bejgħ tal-mudell 777-300ER, u biex tagħmlu aktar attraenti, se tkun qed tnaqqas id-daqs tat-toilets. Skont il-kumpanija, toilet iżgħad ifisser 14-il post aktar fejn ipoġġu l-passiġġieri. Bħalissa joqgħodu 386 passiġġier, u kieku dawn jitilgħu għal 400 fuq kull 777-300ER, li huwa l-aktar mudell mibjugħ mis-777.