Malta l-mira ta’ kittieba famużi ta' 'best selling thrillers' Amerikani

Tliet kittieba famużi tal-aqwa thrillers fl-Amerka qattgħu ġimgħa Malta bil-ħsieb li jibdew jużaw din il-gżira fl-ambjent tal-kotba tagħhom tal-futur

Chris Kuzneski, Boyd Morrison, u Graham Brown se jinkorporaw lil Malta fil-kotba li se jiktbu
Chris Kuzneski, Boyd Morrison, u Graham Brown se jinkorporaw lil Malta fil-kotba li se jiktbu

Hu fatt li fl-Amerka hemm iżjed nies li semgħu bl-ismijiet tal-awturi ‘bestselling’ ta’  Chris Kuzneski, Boyd Morrison u Graham Brown, milli qatt semgħu b’Malta.

Iżda dan jista' jinbidel kollu hekk kif dawn it-tliet awturi ġew mistiedna Malta għal ġimgħa f’dak li l-ġurnal ‘The Guardian’ qed iqis bħala strateġija mill-aqwa bħala reklam għal Malta.

L-awturi li bejniethom biegħu miljuni kbar ta’ kotba ġew mistiedna mill-MTA fejn t-tama hi li dawn jibdew jużaw lil Malta fl-ambjent fejn jinbnew it-thrillers tagħhom. Danb kollu beda meta Kuzneski irċieva ittra minn wieħed Malti li qara il-ktieb tiegħu, fejn hu qatt ma basar li l-ktieb tiegħu wasal ukoll fuq gżira ċkejkna n-naħa l-oħra tad-dinja. Minn dak in-nhar beda jsemmi lil Malta f’kull ktieb li kiteb. U dan fisser li kellu aktar ittri minn Maltin lib dew jaqraw il-kotba tiegħu u ittra fost l-oħrajn mill-MTA li stednuh biex jiġi jqatta vaganza Malta bħala mistieden ta’ Malta. “Qaluli li jkun tajjeb ħafna għal turiżmu mill-Amerka u jien ħsibt li jekk vuċi waħda tiswa daqshekk aħseb u ara tliet vuċijiet kemm jiswew. U billi ħabib ta’ Morrison u Brown, ħajjarthom li jiġu mistiedna wkoll u hekk ġara.”

 Huma żaru l-mużew tal-gwerra u l-kmamar tat-terrur fl-Imdina u dan jgħinhom għal kitba ta’ thrillers fil-futur. Huma qalu li ġew spirati minn din iż-żjara għax qatt ma basru li gżira daqshekk ċkejkna għandha daqshekk storja u kultura.

 

 

More in Socjali