Splużjoni fil-proprjetà
“Min jgħid li m’hawnx bejgħ mhux qed jgħix Malta”
More in Socjali
“Min jgħid li m’hawnx bejgħ mhux qed jgħix Malta”
Malta bħalissa qed tirreġistra tkabbir ekonomiku robust ħafna, b’riżultati pożittivi fl-aktar setturi importanti tal-pajjiż. Bit-tkabbir fl-ekonomija ta’ 4% fil-bidu tal-2015, qgħad fl-aktar livelli baxxi fi snin, l-ogħla numru ta’ nies f’impjieg u sentiment pożittiv f’diversi oqsma jidher li l-pajjiż għaddej minn perjodu ekonomiku b’saħħtu ħafna.
Iżda dan it-tkabbir qed iħalli lil bosta setturi f’pożizzjoni fejn id-domanda mhux qed tintlaħaq, b’dak tal-proprjetà jesperjenza tkabbir tant qawwi li qed iwassal għal bidliet kompleti fis-suq u ġirja sħiħa biex tinstab proprjeta’ ta’ kwalità. F’kuntatt li għamlet l-ILLUM mad-Direttur ta’ Frank Salt, Douglas Salt, dan qal illi bħalissa hemm “splużjoni ta’ bejgħ” f’dan il-qasam speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kiri ta’ proprjetà. Huwa saħansitra qal lil dan il-ġurnal li minn bħalissa “jgħid li m’hawnx bejgħ, jew ma jafx x’inhu jgħid jew inkella ma jgħix f’Malta.” Salt spjega kif fl-2014 biss kien hemm żieda ta’ 48% fil-bejgħ ta’ proprjetà filwaqt li l-ħaddiema raw żieda ta’ 31% fid-dħul tagħhom.
Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM