Vandaliżmu fuq is-siġar f'Ħ'Attard

Siġar li ilhom mħawlin aktar minn 20 sena vandalizzati intenzjonalment

 

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard jikkundanna l-att vandalu li sar fuq is-siġar tal-Luq fi Triq il-Wied ta’ Rmiedi fejn siġar protetti li ilhom imħawwlin aktar minn 20 sena ġew vandalizzati intenzjonalment u bla skruplu b’tali mod u manjiera li spiċċaw qed imutu waħda waħda.
Il-Kunsill Lokali huwa ferm iddiżappuntat li persuna jew persuni jistgħu jaslu biex ineħħu l-unika sors t’arja nadifa li jista’ jkollha din l-area ġewwa Ħ’Attard.  Il-Kunsill ħa azzjoni permezz ta’ rapport li sar lil Pulizija, iddiskuta s-suġġett fl-aħħar laqgħa u ser jerġa’ jitpoġġa fuq l-agenda tal-Kunsill li jmiss sabiex jikkunsidra l-prekawzjonijiet li l-Kunsill jista’ jieħu sabiex ikompli jissalvagwardja l-ambjent.
Il-Kunsill jappella sabiex kull min għandu xi nformazzjoni, jikkuntatja l-uffiċċju fuq in-numru 21411111 jew l-Għassa ta’ Birkirkara fuq 21442200.

 

 

 

More in Socjali