[Aġġornata] Naqqsu l-ispazju għal disabled biex jakkomodaw lil tal-Kiosks

Ikollha tħalli t-tifla għand in-nanniet tagħha; Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tgħaddi l-ilment lil TM għal azzjoni

il-post li kienet tniżżel it-tifla li issa ttieħed
il-post li kienet tniżżel it-tifla li issa ttieħed

Isabelle Deasey kitbet fuq l-istatus tagħha fuq facebook dwar l-ilment li ilha tagħmel snin sħaħ li meta tasal il-festa fil-Fgura hdejn liskola tal gvern, bastion street, jitnehha parking dopju għal persuni b'diżabilita ftit jiem qabel il festa biex jinqdew tal-kjoskijiet biex sar parking wiehed aktar m'hemm problema kbira ghal parking.
L-omm imnikkta u li tħossha urtata mmens kitbet hekk, "Ghal dawn l-aħħar 3 snin kull festa kont immur nilmenta il-kunsil għax fuq il-parking ta diżabilita fejn qabel kien doppju qed ikun hemm il-kjoskijiet u għal gimgha tal-festa lanqas kien ikun hemm fejn jipparkja persuna b'diżabilita,issa din is sena ħadna sorpriża għax sibna din il-kummiedja.Ghajduli intom persuna b'wheelchair fejn trid tnżżlu? jien nista naqta jiesi li nibqa nieħu lit-tifla għand in-nanniet tagħha. Ma nafx jien mil-ħażin sejrin għall-agħar".

Sitwazzjoni mhix aċċettabbli meta matul il-ġimgħa l-midja nirċievu tant stqarrijiet x'qed jagħmel il-gvern għal persuni b'diżabilitajiet u b'nuqqas ta' mobilita imbagħad taqra dawn l-ilmenti reali ta' nies li qed ibatu, jirraprutaw it-tbatijiet tagħhom u jiġu njorati. L-ILLUM jistenna li ssir ġustizzja mas-sinjura Deasey u l-familja tagħha.

Intant dan is-sit ġie infurmat illi s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b'Diżabilita' u Anzjanita' Attiva Justyne Caruana għaddiet dan l-ilment lil Transport Malta biex tittieħed l-azzjoni kollha neċessarja. 



 

More in Socjali