L-Oroskopju

L-ILLUM se jibda jkollha rokna bl-oroskopju kull ġimgħa, fuq il-ħarġa tal-Ħadd

Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Għal din il-ġimgħa li ġejja tistenniex affarijiet kbar, żomm mar-rutina tiegħek imma aħseb ftit dwar il-bżonnijiet tad-dar tiegħek. Jekk għandek relazzjoni aħseb ftit aktar fil-partner tiegħek jekk dan l-aħħar kont bdejt taqta’ xi ftit lura, li tagħti sorpriża tkun utli. Ħu ħsieb li tagħraf is-sehem ta’ sħabek fuq ix-xogħol urihom li int konxju minn dak li għaddej u agħraf issib ftit spazju għalik biex tagħraf lilek innifsek. 

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma: 4, 17, 28 u 45.

Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Għalik din il-ġimgħa ħa tibdielek b’ritmu qawwi li tara kemm vera l-affarijiet ġejjin favur tiegħek wara żmien iebes li għaddejt minnu imma żomm saqajk mal-art. Trid tagħraf iżżomm kontroll għax se tgħaddi minn xi eżami tal-kuxjenza tħallix dak li jkun ilu jgħelbek. L-ideat li għandek f’moħħok agħraf agħmilhom u użahom, ġimgħa tajba għal pjanijiet.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħamis.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma: 6, 15, 34 u 54.

Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ħsibijiet li għaddejjin madwarek u li għadek iżżomm lura milli twettaqhom issa wasal żmien li tibda taħseb biex tibda twettaq uħud minnhom. Huwa żmien ukoll biex issib ħin u spazju biex tista’ tqatta’ ftit ħin aktar mal-partner tiegħek u jkun rilass fl-istess ħin għalik, minħabba l-istress li hemm ikun tajjeb jekk tagħmel vista għand tabib ħalli tara li kollox sew. Parir, aħseb dejjem li ħadd ma jagħmillek bżar fuq imnieħrek. 

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt. 

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma: 2, 18, 37 u 64.

Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Trid tqum fuq tiegħek u turi kemm int persuna lesta għal kull kritika ħalli wara tagħraf x’hemm bżonn isir aktar madwarek. Tagħtix każ kliem ta’ xi wħud u ibqa’ aħdem. Uri kemm int persuna bieżla u ddedikata. Fl-imħabba bħalissa għaddejja taqliba minnek ħu ħsieb li timxi ma’ dak li jagħtik sodisfazzjon. Ibqa’ żomm il-paċenzja għax dik hi l-arma sigrieta tiegħek li se tmexxik ’il quddiem.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 38.

Cancer - Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Hi ġimgħa fejn għandek toqgħod aktar moħħok hemm u tagħraf bit-tbiddil li hemm idur fil-madwar fejn dejjem għandek tiżen u tagħraf sew dak li hemm. L-imħabba bħalissa hi żmien ta’ riflessjoni diretta fejn diskussjoni jew xi forma ta’ laqgħa dejjem ikun ta’ ġid. Fuq ix-xogħol trid tagħraf aktar ir-responsabbiltajiet li jistgħu jiżdidulek. Aħseb sew u jekk dan hux tajjeb għalik.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi s-Sibt.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. 

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 14, 33 u 40.

Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Wasal iż-żmien li tippjana safra ta’ mistrieħ biex int tkun lest u preparat aħjar għat-tieni parti tas-sena fejn taf tkun mimli ħafna impenji. Mela jekk int għandek partner ħu ħsieb ħalli dan is-sajf ikun aħjar mis-sajf l-ieħor, imma jekk int single ħejji ruħek sew għax riesqa dik l-imħabba li tant ilek tqatta’ ljieli toħlom u toħlom dwarha... iż-żmien ġej. 

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta. 

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 10, 26, 44 u 54. 

Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru

Trid taċċetta li fil-ħajja xi kultant mhux dejjem se jiġu l-affarijiet favur tiegħek u bħalissa trid toqgħod attent/a għax ma sħabek m’intiex tinħass tajjeb. Għalissa ħu ħsieb li tgawdi minn dak li hemm madwarek, tmurx għal affarijiet oħra, aċċetta dak li hemm. Agħraf ftit li tbiddel l-attitudni tiegħek, kemm għalik u kemm għal ta’ madwarek, aħseb fit-tul. 

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Erbgħa. 

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 19, 22 u 39.

Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru

Bħalissa hemm stennija ta’ riżultat, aktar mhu toqgħod tistenna aktar ħa ttertaq qalbek. Kompli bil-ħajja normali ħalli jiġi bħala sorpriża. Int tħobb taqsam l-ideat tiegħek ma’ ta’ madwarek imma problema li int ma taċċettax suġġerimenti ta’ oħrajn, hemm bżonn tibda tagħraf ideat tal-oħrajn, hemm bżonn ta’ pawża fil-ġimgħat li ġejjin.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tnejn.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ġimgħa. 

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 27 u 44. 

Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Wasal iż-żmien li tibda tħares ’il quddiem. Inutli ħa tibqa’ mwaħħal mal-passat, issa huwa żmien li timxi lejn dak li ġej, huwa tajjeb li tibqa’ kalm u sod f’dak li temmen, imma jinħass li int trid tagħraf il-futur tiegħek. Pariri li int qiegħed tirċievi tħallihomx jaqgħu fuq widnejn torox għax tbati aktar milli taħseb!

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi s-Sibt. 

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek din il-ġimgħa huma 6, 18, 39 u 51.

Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Din hi ġimgħa fejn għandek tibda tħoll kunflitti li għandek ma’ ħutek, qrabatek eċċ, issa wasal żmien opportun li jekk int vera trid biex dawn id-differenzi jitranġaw. Jekk int u l-partner jew int waħdek ħa tieħu xi deċiżjoni dwar tibdil tad-dar huwa żmien ukoll li tagħmel dan, il-parir huwa li din id-darba ssib dar ma’ kosta. Tiħux deċiżjonijiet bejn id-19 u t-23 ta’ dan ix-xahar.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il gimgħa għalik hi t-Tlieta.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ġimgħa. 

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 34 u 41. 

Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Din hi ġimgħa ta’ djalugar mal-kollegi tiegħek tax-xogħol, mal-ħbieb tiegħek u ovvjament mal-partner tiegħek. Jekk int single huwa ż-żmien ta’ riflessjoni kif int ħa tagħraf biex tkun aħjar. Fuq ix-xogħol ħa jkun hemm xi bidu ta’ tensjoni. Tagħtix kas, imxi kif tħoss li hu l-aħjar, ħabib jew ħabiba mill-passat tiegħek se terġa’ tqanqallek memorji u taf tfixklek. Agħraf sew u żomm saqajk mal-art, tgħaġġilx.

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa hi l-Ħadd.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa hi t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa 3, 17, 28 u 45.

Aquarius - Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Ħbieb tiegħek bħalissa qegħdin iktar fil-ħsieb tiegħek. Tajjeb li tqatta’ ftit tal-ħin magħhom b’mod speċjali fejn dan l-aħħar qisek inqtajt xi ftit. Rigward l-imħabba bħalissa trid tagħraf kemm il-ħin dispost u kemm il-pjanijiet hemm bżonn għall-futur, anke trid tara ftit is-saħħa tiegħek fejn minħabba li m’intix tiekol sew aħseb ftit għall-parir ta’ tabib jew dieta. 

L-aktar ġurnata pożittiva għal din il-ġimgħa għalik hi l-Ħamis.

L-aktar ġurnata negattiva għal din il-ġimgħa għalik hi t-Tnejn. 

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa 4, 19, 24 u 33.

More in Socjali