Tarbija abbandunata u salvata minn ġo 'toilet'

L-omm welldet fil-kamra tal-banju u ħalliet lit-tarbija waħedha

Ir-ritratt mtella fuq id-Dailymail tat-tarbija Ċiniża salvata minn ħalq il-mewt f''toilet'
Ir-ritratt mtella fuq id-Dailymail tat-tarbija Ċiniża salvata minn ħalq il-mewt f''toilet'

Storja xokkanti ta' tarbija li sfat abbandunata wara li twieldet daret fuq ħafna siti tal-aħbarijiet ilbieraħ, hekk kif din instabet minn pulizija rasha l'isfel f''toilet. Is-sejba xokkanti ġrat fiċ-Ċina fejn huwa mifhum li wara li nstema biki ġej mill-kamra tal-banju tal-istess restorant in-nies sabu tarbija, f'pożizzjoni li setgħet ħallietha għall-mewt.

Fortunatament il-Pulizija Ċiniża salvaw lil din it-tarbija li hija mifhuma li kienet abbandunata fil-mument li kienet mwielda. It-tarbija naturlament kien għad kellha għadha l-kurdun mwaħħal u għalhekk kellha tittieħed l-Isptar b'mod immedjat. Il-Pulizija ta' Beijing għaddejjin bi tfittxija għal omm it-tarbija. 

Abbandun ta' dan it-tip huwa ġeneralment sforz problemi soċjali u finanzjarji kbar li jeżistu fost numru ta' familji Ċiniżi u mhux l-ewwel tat-tip tiegħu. 

More in Socjali