Lulju laqa’ lin-nies Maltin b’ temp aktar sħun mis-soltu b’temperatura medja ta’ 28.1 ̊C, li hija aktar min-norma ta’ 26.6 ̊C. It-temperatura massima medja telgħat għal 33.1 ̊C, li kienet akkumpanjata minn temperatura minima medja ta’ 23.1 ̊C, li ukoll qabżet il-medja mistennija ta’ 21.7 ̊C.
L-ogħla temperatura qatt irreġistrata għax-xhar ta’ Lulju kienet fid-9 ta’ Lulju 1988, meta is-sħana laħqet 42.7 ̊C. Din is-sena, il-31 ta’ Lulju kien l-aktar ġurnata sħuna s’issa din is-sena, jilħaq 38.4 ̊C. L-aktar temperatura baxxa ix-xhar li għadda kienet ta’ 20.2 ̊C, li seħħet fl-ewwel tax-xahar. F’Lulju, sebat ijiem kellhom temperatura massima ta’ 35 ̊C jew aktar, bi tnejn minnhom saħansitra telgħu 5 ̊C aktar min-norma massima ta’ 31.6 ̊C.
It-temperatura medja tal-baħar kienet ta’ 26.3 ̊C, li hija notevolment aktar għolja mit-temperatura mistennija ta’ 24.7 ̊C. L-ogħla temperatura ta’ wiċċ il-baħar għall-Lulju ġiet irreġistrata fit-23 u 24, u kienet ta’ 28.2 ̊C, filwaqt li l-aktar temperatura baxxa kienet ta 22.8 ̊C fl-ewwel tax-xahar.
Lulju kien konsiderevolment aktar xemxi milli mistenni, b’medja ta’ 12.3-il sija ta’ xemx, aktar mill-11.7-il sija li kienu mistennija.