Trombi jolqtu lil Malta • Il-maltemp mistenni jkompli sal-lejla

Ragħad, maltemp u xita jolqtu lil Malta b' diversi inħawi jirrapurtaw għargħar, trombi, u dulluvju ta' xita
 

Tromba fil-Kalkara • Ritratt: Kelsey May Connor
Tromba fil-Kalkara • Ritratt: Kelsey May Connor

Ir-ragħad, maltemp, u xita li ħakmu lill-gżejjer Maltin aktar kmieni wara nofsinhar mistennija jkomplu sal-lejla. Qarrejja tal-ILLUM irrapurtaw diversi għargħar b’bosta inħawi, u kien hemm ukoll trombi, fosthom waħda fil-Kalkara hekk kif jixhed ir-ritratt.

Diversi qarrejja spjegaw kif niżel dulluvju ta’ xita f’diversi inħawi tal-pajjiż.

Il-maltemp ġie minn fuq Lvant ta’Malta, u b’konsegwenza ta’ baħar sħun żviluppat maltempata bir-ragħad u espandiet lejn il-gżejjer Maltin. It-temp qed jimxi lejn il-Punent ta’Malta, u r-ragħad u x-xita huma previsti li jkomplu sa tard bil-lejl.  

L-ewwel xita bdiet nieżla għall-ħabta ta’ nofsinhar u ntemmet xi siegħa oħra. Minkejja li kienet qasira, x-xita niżlet b’intensità ta’ 50 mm fis-siegħa.

More in Socjali