Żbroff ta’ dranaġġ ieħor, din id-darba f’bajja f’San Ġiljan

Għawm fil-Bajja tal-Qaliet f' San Ġiljan pprojbit minħabba żbroff ta' drenaġġ
 

Għal darb’oħra żbroff ta’ dranaġġ fl-ibħra Maltin wassal sabiex bajja tingħalaq għall-għawwiema.

Fi stqarrija, d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-għawm fil-Bajja tal-Qaliet, f’San Ġiljan mhux rakkomandat minħabba żbroff ta’ drenaġġ quddiem lukanda li tinstab fil-viċin.

Tabelli li jindikaw dan l-għeluq qed jiġu mwaħħla fiż-żona kif indikata fil-mappa annessa.

Il-ġimgħa l-oħra, ġie rrapurtat żbroff fl-Għadira, filwaqt li aktar kmieni dil-ġimgħa, d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li l-għawm f’Baħar iċ-Ċagħaq ġie projbit.

More in Socjali