Missier u iben residenti Malta jmutu f'inċident traġiku

Missier u iben Eġizzjani residenti Malta jitilfu ħajjithom traġikament wara inċident tat-traffiku

Missier u iben Eġizzjani residenti Malta mietu wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku traġiku fl-Eġittu.

Ahmed Ashraf, il-President tal-Komunità Maltija-Għarbija fi ħdan il-UHM, u ibnu Ameer ġew iċċertifikati mejta fuq il-post tal-inċident. Martu u oħtu ttieħdu l-isptar fejn ġew iċċertifikati li qegħdin f’qagħda kritika.

Il-President tal-Komunità Maltija-Għarbija fi ħdan il-UĦM, Ahmed Ashraf (lemin) u ibnu Ameer (xellug)
Il-President tal-Komunità Maltija-Għarbija fi ħdan il-UĦM, Ahmed Ashraf (lemin) u ibnu Ameer (xellug)

Huma kienu l-Eġittu fuq btala u kienu mistennija li jiġu lura Malta nhar il-Ħadd. L-inċident seħħ il-bieraħ wara li l-karozza li kienu qegħdin fiha kienet involta f’aċċident ma’ trakk. Kif jixhed ir-ritratt, konsegwenza tal-inċident, il-karozza li kienu qegħdin fiha Ashraf u l-familja tiegħu ġarbet ħsarat estensivi.

Fi stqarrija, l-UĦM espremiet is-sogħba tagħha li tilfet lil ħabib u kollega.

More in Socjali