Il-klandestini li daħlu l-Ingilterra minn Calais fi Franza ġew miżmuma milli jużaw lukanda Best Western Park Hotel f'Lancashire wara li klijenti Ingliżi kitbu fuq Trip Advisor li l-immigranti qed jinżammu b'xejn fil-lukanda u kitbu biex l-Ingliżi ma jersqux 'l hemm.
Din il-lukanda 3 star kienet qed iżżomm madwar 20 imigrant minn dawk li rnexxielhom jiskappaw minn Franza għal Ingilterra. Din il-lukanda kienet diġa ospitat madwar 100 immigrant illegali li daħlu illegalment fl-Ingilterra jew bit-trains inkella fuq jew fit-trakkijiet. Iżda l-preżenza tagħhom urtat lill-Ingliżi li ma ridux jersqu iżjed lejn lukanda li kienet inbidlet bħala kenn għal dawk li qed ifittxu ażil skont it-trip advisor.
Il-ġimgħa l-oħra sar magħruf li dawk li qed ifittxu l-ażil ġew trasportati madwar l-Ingilterra u ngħataw kmamar f'lukandi bi tliet ikliet kuljum u €35 kuljum cash. Il-gvern qed iħallas €150 miljun biex jakkomoda lil dawn li qed ifittxu l-ażil wara li jinqabdu mill-pulizija jidħlu fil-pajjiż illegalment.
Minħabba f'hekk il-lukanda poġġiet lil l-imigranti f'lukanda oħra għal ġid ta' saħħithom stess minħabba r-rabja tal-Ingliżi.