Ragħad, maltemp u xita mistennija jolqtu lill-gżejjer Maltin

Rapporti ta’ tbassir tat-temp jgħidu li l-maltemp, u possibilment anke trombi, mistennija jirritornaw matul it-tlett ijiem li ġejjin • It-temp mistenni jirritorna għan-normal qabel Santa Marija

Ir-ragħad, xita, u maltemp li ħakmu lill-gżejjer Maltin nhar is-Sibt mistennija jirritornaw matul dawn it-tlett li ġejjin b’ rapporti ta’tbassir tat-temp juri li ħa jkun hemm ħafna sajjetti u xita matul il-ġranet tat-Tlieta u l-Erbgħa.

Skont it-tbassir tat-temp, l-Ħamis mistennija x-xita wkoll, iżda madankollu, l-maltempata mistennija li tkun battiet sa dakinhar u għaldaqstant jista ma jkunx hemm ragħad u maltemp. Matul il-ġurnata tat-Tnejn, it-temp kien wieħed sħun, bix-xemx tisreġ fuq il-maġġoranza ta’Malta, iżda bosta qarrejja ta’ dan il-ġurnal irrapurtaw ħafna sħab jinġemma fit-Tramuntana ta’Malta.

Tbassir tat-temp juri żewg maltempati resqin lejn il-gżejjer Maltin • Ritratt: Malta Weather
Tbassir tat-temp juri żewg maltempati resqin lejn il-gżejjer Maltin • Ritratt: Malta Weather

Skont il-Malta Weather, il-maltemp u t-temp ikrah huwa kawża ta’ arja sħuna fuq Korsika, Sqallija, u eventwalment Malta. Għalkemm it-temp sħun huwa mistenni li jippersisti, huwa previst maltemp, ragħad, riħ qawwi, u possibilment, anke trombi. Aktar minn hekk, maltempata fuq it-Tuneżija tidher li miexja lejn l-Lvant ta’Malta u minkejja li din qed tidher li qed tbatti, l-baħar sħun ta’ Malta, l-maltemp jista’ jerġa jiżviluppa.

Minkejja t-tlett ijiem xita previsti, nhar il-15 ta’Awwissu, iġifieri jum Santa Marija, t-temp mistenni jirritorna għan-normal b’ rapporti ta’ tbassir ta’temp jgħidu li t-temperatura mistennija titla sa 32°C. Aktar minn hekk, it-temp mistenni jirritorna għan-normal nhar il-Ġimgħa.

Is-sħana qawwija u n-niexfa f’pajjiżna waqfu ħesrem nhar is-Sibt, b’dulluvju ta’ xita, riħ, ragħad u maltemp jinżlu fuq Malta. Il-maltemp irriżulta wkoll f’għargħar u anke trombi f’ċertu postijiet.

More in Socjali