
L-Oroskopju
Mit-Tnejn 24 ta' Awwissu sal-Ħadd 30 ta' Awwissu

minn Paul Jon

Aquarius - Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Aħbar li ħa tasallek u li int ilek thewdem fuqha se tfixklek ftit. Aktar
minn hekk, din tista’ tikkawża xi xquq fir-relazzjoni tiegħek li żgur int ma
taffardjax bħalissa. Però l-parir hu, iffaċċja din l-aħbar ħali int tagħraf tikkomunika iżjed. Irilassa.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 19, 22 u 38.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma isfar, abjad u blu.
Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Fi żmien qarib, dieħla persuna ġdida fil-ħajja tiegħek li ħa tkun interassanti
u komunikazzjoni vera tajba. Għalkemm mintix f’burdata għal xi persuna
jew ħbiberija ġdida, sib il-mezz li din is-sitwazzjoni taċċettaha għax għandek gwadann ’il quddiem.
Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 28 u 30.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar.
Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Opportunità ħa tiftaħlek ċertu bibien li kienu magħluqin. Il-ħolm li kont
toħlom se jibda jsir realtà, però mhux kollox ħa jsir ward mil-lum għal
għada! Tajjeb ukoll li tagħraf bil-galbu l-opportunitajiet sew u ma tgħaġġilx. Iżen u ifli sew!
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 22 u 39.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.
Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Ħsibijiet negattivi għaddejjin minn moħħok li żgur mhux ħa jkunu ta’ ġid. Forsi qed taħseb li ċertu tibdil issa huwa tard, imma mhuwiex, anzi minn dak li għaddejt ħa tagħraf timxi ferm aħjar. Ftakar, kull tibdila, tkun il-bidu ta’ ħajja ġdida!
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 16, 21 u 32.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.
Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Tibdil li qed iseħħ madwarek, se jkompli jikber. Opportunitajiet qegħdin
jistennew lilek biex int tagħżel fejn trid tibda. Il-ħajja tiegħek ħa tkun
mgħarufa u ħafna ħa jiltaqgħu miegħek biex jifhmuk aktar. Agħmel skeda tajba għax taf titlef il-kontroll, u int magħruf li tkun organizzat, dixxiplinat u
ta’ ispirazzjoni għall-oħrajn.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 33 u 27.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma isfar, oranġjo u blu.
Cancer - Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Għandek missjoni li mhux kompluta u din ħa tkun il-fixkla tiegħek. Agħraf! Bħalissa għaddej minn paniku u stress minħabba li għadek ma sibtx postok. Għalkemm int kapaci, gwida ta’ ħabib tibqa’ vitali fil-ħajja tiegħek. Mingħajr dik il-gwida, tkun bħal bastiment maqbud f’maltempata bla tmiem!
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 14, 27 u 29.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad , blu u isfar.
Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Ix-xogħol tiegħek ħa jikber, kemm jekk taħdem ma’ kumpanija, u kemm jekk għandek negozju. Anzi negozju ħa jieħu spinta b’xi tibdil li int ħa tagħraf tagħmel. Taqtax qalbek għax int persuna kreattiva, u dan iż-żmien, il-kreattività hi l-punt tas-suċċess.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 26 u 38.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u deheb.
Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru
Opportunità li ġiet u telqet, li int qisu ma kellekx kontroll fuqha. Issa ħa
tagħmlek tirrifletti iżjed, tippjana iżjed imma l-importanti hu li int tagħraf
lilek sew, u tħejji sew għal dak li jrid jerġa’ jiġi! Lesti ħalli tagħti risposta kif suppost!
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 12, 21 u 32.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.
Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru
Wasal iż-żmien li int tagħraf tkun aktar responsabbli tiegħek innifsek. Wasal iż-żmien li ma tibqax taħbi dak li int. Ibda l-pass li ġej, kun iktar int u tibżax turi li vera int min int. Tħallix opinjonjiet oħra jħarbtuk. Agħraf is-sew.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 23 u 34.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu , aħdar u abjad.
Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru
PĦajtek qiegħda tara l-frott ġej. Is-sagrifiċċji li tant għamilt, issa bdew jagħtu r-riżultati li int dejjem xtaqt. Imma trid iżżomm saqajk mal-art. Jekk tagħraf timxi, għandek żmien bla tarf mimli ġid, imma jekk title fir-rotta, jitħabbillek kollox. Uża moħħok sew f’kollox!
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 22 u 30.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru
Bħalissa għaddej minn presjoni u tista’ tħossok qed taqta lura. L-affarijiet
jistgħu jkunu aħjar, imma jafu jkunu agħar! Bħalissa hu l-aħjar żmien li tieħu waqfa, vaganza x’imkien ħalli wara terġa’ tibda b’aktar ħeġġa, b’aktar kuraġġ, b’aktar determinazzjoni.
Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 27 u 38.
Kulur favorit ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.
Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Bħalissa, dik il-fjamma li intom magħrufin għaliha qed titbaxxa. Jaf l-imhabba qiegħda tiddgħajjef jew m’intix qed tħossok aktar importanti, u aktar motivate. Fittex parir ta’ ħabib antik li dejjem ħarġek minn sitwazzjonijiet diffiċili.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom.
L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.
Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 14, 28 u 40.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, vjola u blu.
