'Tibdilliex il-lenti, ma rridx nonfoq ħafna' - il-Papa jmur għand optician f'Ruma

L-ewwel darba li Papa mar f'ħanut biex jibdel in-nuċċali

Il-Papa jibqa' jissorprendi. Iddeċieda li għall-ewwel darba fl-istorja tal-papiet, imur f'ħanut tan-nuċċalijiet biex ibiddel in-nuċċali tal-vista f'Ruma. "Bid-daħka solita tiegħu qalilhom imma għaliex qed toħduha daqshekk bi kbira? Biex wieħed jibdel in-nuċċali mhux f'ħanut tan-nuċċalijiet irrid immur?."

Kulħadd baqa' sorpriż meta l-Papa daħal f'dan il-ħanut famuż tan-nuċċalijiet f'Via del Babuino biex jibdel in-nuċċali. Skont ir-radju tal-Vatikan qal li hu mar bil-karozza u kif intlemaħ, it-triq imtliet bin-nies jistennewh joħroġ.

Il-proprjetarju Alessandro Spezie qal li hu qallu, "Ma rridx lentijiet ġodda. Ma rridx nonfoq." Mar ikellmu f'widnejh u qallu, "Alessandro jekk jogħġbok tnaqqaslix mill-kont, irrid inħallas kemm jiswa." Dam hemm ġew 40 minuta, ħareġ, u telaq lura lejn il-Vatikan.

More in Socjali