Dewmien kbir biex jittellgħu nies għat-test tas-sewqan

Skejjel tas-sewqan jilmentaw kif l-istennija biex persuna titla’ għat-test, kibret minn tliet ġimgħat għal xahrejn 

Numru ta’ skejjel li joffru s-servizz tat-tagħlim fis-sewqan, kif ukoll dawk il-persuni li qed jitgħallmu kif isuqu li jgħoddu mal-mijiet, bħalissa qed jiffaċċjaw dewmien kbir biex ikunu jistgħu jitilgħu għat-test tas-sewqan. Minn kummenti li l-ILLUM ħa mingħand tliet kumpaniji li joffru dan is-servizz jidher li ż-żmien ta’ stennija, minn meta l-instructor jitfa’ l-applikazzjoni għat-test sakemm Transport Malta tagħti data ta’ meta jsir l-istess test twal, min-norma ta’ tliet ġimgħat għal sitta jew anke tmien ġimgħat.

Ir-Royal Motoring School, Delmar Motoring School u r-Roadcraft Motoring School ilkoll spjegaw kif dan is-sajf qed ikun hemm dewmien esaġerat biex il-klijenti tagħhom jitilgħu għat-test, bil-konsegwenza li għalkemm preparati biex jitilgħu għat-test, dawk li qed jieħdu l-lezzjonijiet tal-karozza ikollhom jibqgħu jieħdu lezzjonijiet żejda, u għalhekk jibqgħu jħallsu, sakemm l-awtorità tagħti data fissa ta’ meta jkun se jsir it-test.

 

L-Istorja sħiħa fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Socjali