L-Oroskopju għal din il-ġimgħa minn Paul Jon

Aquarius - Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Fazi li għaddej minnha bħalissa hi fażi ta’ biża’ fl-emozzjonijiet tiegħek u qed tfixklek mir-rutina ta’ kuljum, u mhux il-karattru tiegħek li tinqabad f’din ix-xibka ta’ emozzjonijiet però sad-9 tax-xahar, toħroġ minnha.  Però dan huwa mument fejn int trid turi l-kapaċità kollha. Għaraf fittex parir!

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 23 u 29.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma isfar, abjad u blu.

Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Opportunità li ħa tidħol għaliha f’dawn ix-xhur li ġejjin, ara li tagħraf li għandek ħin u spazju għaliha għax se ssarraf b’ħafna aktar responsabbiltà milli qiegħed taħseb. Agħraf sew ħalli bħal dejjem turi l-abbiltà tiegħek. Persuna mimlija entużjażmu u diversità bħalek għandha żmien pożittiv ġej lejha, ara imma lil min tafda.

Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 24 u 37.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar.

Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Kollegi u ħbieb japprezzaw ħafna ħiltek li int dejjem hemm lesta għal kull għajnuna li tista’ tagħti ħalli dejjem tkun ta’ aspirazzjoni għal ta’ madwarek. Imma gwida li tajt dan l-aħħar u tħoss li ma ġejtx apprezzat kif ħsibt, qed tagħmlek diżappuntat. Tagħtix kas għaliex int tajt dak li stajt. Waħda minn għaxra mhux se ttellef l-aspirazzjoni tiegħek. Ibqa’ miexi ’l quddiem.

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 33.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Xi ħadd ħa jaqbdek fuq sieq waħda u kontra kull mistenni ħa taċċetta dak li ġejt offrut. Lanqas qatt taħseb x’jista’ jiġri! Minn din is-sitwazzjoni ħa jkollok tagħlima li tkun kif tkun, għandek tagħraf u taħseb sew. Għandek 3 ġimgħat imfixklin, però grazzi għal parir ta’ gwida, int jirnexxielek toħroġ minnha, però, ħa tiswiek.

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 26 u 30.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Persuna se tersaq lejk b’offerta li int qatt ma tkun stennejt. Offerta li ħa tiftaħlek beraħ dak li ilek tistenna, int ħa tagħraf li din il-persuna resqet lejk bla ebda ħażen. Anzi, pjuttost hi ta’ aspirazzjoni u għarfien għal dak li int tkun għaddej minnu. Ovvjament din l-offerta barra li fiha vantaġġi għalik, se tinvolvi lilek f’aktar ħin ta’ xogħol u responsabbiltà li int magħruf għaliha.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 13, 25 u 33.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma isfar, oranġjo u blu.

Cancer - Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Persuna li tqisha bħala ħabib, tagħraf li għandha bżonnok. Għalkemm hi magħrufa li ma tħobbx titlob li jkollha bżonn l-għajnuna, int se tagħraf li wasal iż-żmien li issa tgħinna u twassalha fejn qed issib diffiċli. Int agħraf li issa, ir-responsabbiltà ta’ madwarek kibret però għandek tagħraf timxi. Il-fixkla ta’ persuna eliminaha mill-ewwel ħalli tkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħek.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 14, 29 u 38.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad , blu u isfar.

Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

FBidu tax-xahar li se jtik ċerta enerġija li kont tlift u n-negattiv li bdejt tħoss dan l-aħħar ħa jibda bil-mod jitlaq minn madwarek. Persuna li int għadek kif sirt taf ħa tkun l-ispirazzjoni tiegħek f’dawn ix-xhur li ġejjin. Proġett li kellek u kont qed tibża’ minnu, idħol għalih għax ħa tara l-frott minnu. Żmien ta’ fiduċja.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 28 u 40.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u deheb.

Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru

Fil-ġimgħat li ġejjin ħa tħossok attirat lejn persuna li int tixtieq issir taf aktar! Din il-persuna għandha l-kariżma u affarijiet komuni oħra li int jjaqblu miegħek u dan jurik li wasal żmien li int bil-mod tidħol għar-relazzjoni ġdida, però l-parir xorta jibqa; li m’għandekx tgħaġġel u imxi pass pass.

 Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 26 u 34.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru

Wara ħafna mumenti ta’ tensjoni u ħsibijiet, wasal iż-żmien li int tmur x’imkien għall-kwiet u għall-ġabra, biex issa tibda taħseb għal dak li ġej. Għandek żmien ftit imqalleb sakemm torganizza mill-ġdid l-istil ta’ ħajtek. Mhux kulħadd min hu madwarek hu ta’ min jafda. Analizza sew il-pożizzjonijiet ta’ dawk madwarek.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 29 u 35.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu , aħdar u abjad.

Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Avveniment li qed tippjana għalih, għandek tkun iktar ikkonċentrata fuqu ħalli mhux fl-aħħar ħinijiet tippanikja. Persuna li int ħsibt kienet spiċċat mill-ħsibijiet tiegħek, terġa’ tiiffaċja mingħajr mistenni. Issa trid tkun int li tagħraf tikkonntrolla dak li ġej. Mill-passat għandek gwida ta’ kif għandek tersaq lejha.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 20 u 38.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Tista’ tħossok li wasal iż-żmien li tibda tirrilassa, imma l-kbir għad baqgħalu. L-imħabba tibqa’ l-akbar kobba mħabbla madwarek għalkemm tħossok kompatta fir-relazzjoni tiegħek, imma l-maltemp għadu ġej. Għalhekk, ħejji lilek innifsek ħalli dan il-maltemp ma jħarbattx dak li int tara li huwa tajjeb għalik. Agħraf sew kollegi tiegħek x’għandhom vera f’moħħhom.

Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 22 u 39.

Kulur favorit ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Proċess li int għaddejja minnu u li int mingħalik li għadda fil-fatt għad baqalu madwarek. Għalhekk, kompli miexja sakemm verament tħossok vera int, u dan għandu jkun lejn l-aħħar tax-xahar. Tagħtix kas ċertu biżgħat jew taqtigħ il-qalb li jistgħu jinqalgħu. Din il-fażi ħa tgħelibha. Sib ħin fejn int tkun rilassat u vaganza żgħira tkun utli. 

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 29 u 34.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, vjola u blu.

More in Socjali