Rekord ta' permessi ta' residenza lil-Libjani matul is-sena li għaddiet

Illum se jiltaqa' l-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali

Illum mistenni jiltaqa' l-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali sabiex jiddiskuti l-mod li bih qed jiġu mogħtija l-permessi ta' residenza f'Malta.

Dan jiġi wara li, kif irrapurtat fuq Times of Malta, matul is-sena li għaddiet kien hemm numru rekord ta' permessi ta' residenza li ngħataw lill-barranin. 

Din il-laqgħa issejħet mill-Prim Ministru wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien staqsa dwar dawn il-permessi fid-dawl tal-każ ta' Joe Sammut fejn allegatament ħoloq kumpaniji fittizji rreġistrati Malta sabiex Libjani jkunu jistgħu jakkwistaw il-permess tar-residenza.

Minn ċifri li ħarġet Identity Malta, minn fost in-numru rekond ta' permessi mogħtija, l-aktar numru kien mogħti lil ċittadini Libjani, bi 3,500 permess, li huwa xorta waħda iktar mid-doppju tal-ammont maħruġ matul is-sena li għaddiet, u ferm iktar mill-ammont maħruġ fi żmien ir-revoluzzjoni fil-Libja. 

More in Socjali