[Aġġornata] L-imprenditur Albert Mizzi jmut fl-età ta' 87 sena

Albert Mizzi, l-ewwel ċermen tal-linja nazzjonali tal-ajru ta' Malta jmut fl-età ta' 87 sena

In-negozjant u filantropu malti, Albert Mizzi miet fl-età ta' 87 sena. 

Mizzi jibqa' mfakkar bħala ċermen ta' diversi kumpaniji Maltin u kien l-ewwel ċermen tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta, fejn kien strumentali għas-suċċess tagħha. Huwa serva wkoll bħala ċ-ċermen tal-HSBC Malta, MIDI Group, Sea Malta, Plaza Centre u Consolidated Biscuits fost oħrajn.

Kien ukoll pijunier fil-qasam tal-proprjetà, bil-proġett ta' Santa Marija Estate ikun wieħed mill-ewwel tiegħu.

Iż-żewġ partiti min-naħa tagħhom sellmu lil dan il-personaġġ importanti fl-istorja tal-imprenditorija Maltija.

Fi stqarriji separati, l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista sellmu l-memorja ta' Mizzi.

"Albert Mizzi kien jemmen li l-aħjar deċiżjoni rari tkun l-eħfef waħda u qatt ma beża’ jgħid dak li jħoss jew jagħmel dak li hemm bżonn. Permezz tax-xogħol tiegħu, hu ta sehem kruċjali fl-iżvillup ekonomiku ta' pajjiżna fi żmien l-Indipendenza, fl-iżvilupp tal-linja nazzjonali tal-ajru u fil-qasam tal-manifattura fis-sebgħinijiet u fil-liberalizzazjoni tas-swieq kummerċjali u finanzjarji fid-disgħinijiet," il-PN qal.

Bl-istess mod, il-Partit Laburista esprimew id-dieqa tagħhom għall-aħbar

"Albert Mizzi ħadem bi sħiħ sabiex titwaqqaf il-linja Nazzjonali Air Malta fi żmien il-Prim Ministru Duminiku Mintoff, kumpanija li tagħha serva wkoll bħala l-ewwel Chairman. Is-Sur Mizzi kien ukoll pilastru importanti għall-ekonomija Maltija f’oqsma oħra bħat-turiżmu, il-manifattura u l-qasam tal-proprjetà," l-Partit Laburista qal.

More in Socjali