Filmat li ntbagħat minn qarrej juri karozzin jinstaq bil-mod il-mod f’waħda mill-aktar toroq traffikużi f’Malta, proprju il-by-pass ta’Birkirkara.
Il-filmat juri sewwieq ta’ karozza mweħħel fi traffiku minħabba li ma setax jaqbeż karozzin li inzerta kien qed jinstaq quddiemu. Dan minħabba li t-triq inzertat b’karreġġjata waħda.
F’kummenti lil din il-gazzetta, l-qarrej staqsa jekk wasalx iż-żmien li “dawn il-ħmerijiet jinqatgħu mit-toroq tagħna?”