Ikkontrollaw u rażżnu l-miżati tal-annullament
L-Arċisqof lill-avukati u l-professjonisti
More in Socjali
L-Arċisqof lill-avukati u l-professjonisti
F’kummenti li għadda l-Arċisqof Charles J. Scicluna mal-ġurnal ILLUM dwar il-bidliet fil-proċeduri tal-annullament huwa appella lill-avukati u l-professjonisti biex jaraw li l-miżati li jitolbu lin-nies għaddejjin mill-proċess ta’ annullament ikunu “mrażżnin” u “kkontrollati”. Fil-kummenti tiegħu huwa fakkar li l-Knisja tħallas għas-servizzi ta’ psikologu jew avukat jekk persuna għaddejja minn proċess ta’ annullament ma’ tkunx tiflaħ tħallas għalihom.
“Il-qalba tal-bidliet hija ġustizzja li min qed jitlob risposta jirċivieha malajr. Dak li għamel il-Papa huwa wkoll dimostrazzjoni ċara ta’ rispett imġedded tal-Knisja Kattolika lejn il-foqra, sinjal ċar li l-Papa Franġisku u l-Knisja kollha ma tagħmel ebda differenza bejn is-sinjur u l-fqir fejn tidħol il-ġustizzja.
Il-Knisja, anke f’Malta, qed tagħmel il-parti tagħha billi tissusidja t-Tribunal li jesegwixxi l-każijiet ta’ annulament bl-ammont ta’ €1,000 kuljum, jiġifieri €360,000 kull sena. Dan is-sussidju ma jmurx biss għall-pagi u l-ispejjeż imma jitħallsu wkoll servizzi ta’ psikologu jew l-avukat li xi nies ma jkunux jifilħu jħallsu.
Nixtieq nagħmel appell lill-avukati wkoll minn hawn biex jgħinu fil-proċess kollu u jaraw li l-miżati li qed jitolbu lin-nies ikunu mrażżnin u kontrollati. Mhux qed ngħid li għandhom jagħmlu xogħol b’xejn, ħa ninftiehem sew, imma huwa importanti li nwieżnu u niftakru f’min huwa batut.
Aktar kummenti minn Rene Camilleri u Emy Bezzina eċċ fil-ħarġa tal-ILLUM