Il-Ouija Board tħarbat il-ħajja ta’ tliet tfajliet
Ir-rakkont jeħodna lura sas-sena 1990
More in Socjali
Ir-rakkont jeħodna lura sas-sena 1990
Dan huwa rakkont fejn minħabba l-involviment ta’ tliet tfajliet, ħa jkun maqsum fi tliet partijiet. Illum se jkollna l-introduzzjoni fejn it-tagħlima prinċipali se tkun li l-Ouija Board mhix logħba, imma fil-fatt huwa bieb li int ħa tiftaħ. Jekk ma jkollokx gwida ta’ persuna li taf x’għandha tagħmel. Dan il-bieb li inti tiftaħ, jista’ jsarraf f’kuntatt ma’ spirit li xi kultant, kif se naraw fir-rakkont ta’ waħda mit-tfajliet, ikun fatali!
Ir-rakkont jeħodna lura sas-sena 1990 fejn 3 tfajliet kienu jattendu skola flimkien, u wara l-sikola kienu jkomplu l-ħbiberija tagħhom flimkien.
Għandna lil Tania, dak iż-żmien kellha 13-il sena, tfajla simpatika u mistħija bix-xewqa taghħa li ssir avukat; Sue li kellha 15 kienet persuna enerġetika ħafna u kienet tidħol f’sitwazzjonijiet ikkumplikati, u Fiona ta’ 15-il sena wkoll li kienet iffissata fl-imħabba, u dak il-ħolm kollu li l-imħabba kienet iġġib. Il-familji tagħhom kienu kollha fin-negozju, però kienu tawhom trobbija tajba u ddixxiplinata.
Il-ġrajja tibda fi tmiem il-ġimgħa fejn dawn inġabru flimkien bħas-soltu f’dar ta’ waħda minnhom u ddeċidew li jaraw film, li ovvjament kien impressjonahom b’tali mod fejn Sue kienet l-aktar waħda enerġetika, ħajret lil sħaba jagħmlu kuntatt mas-sopranatural permezz tal-Ouija Board, bl-għan ewlieni tagħhom ikun li jirbħu x-xewqat tagħhom.
Ippjanaw kollox eżatt, meta waħda mill-familji kienet ħa tkun ġimgħa vaganza, u allura kellhom aċċess komplut ta’ dar. Sue daħlet għal din b’ruħha u ġisimha, u rranġat kollox hi.
Wara bosta tħejjijiet, it-tliet familji iltaqgħu fid-dar, ħejjew kollox f’kamra partikolari għall-11 ta’ filgħaxija. It-tlieta li huma miġburin madwar mejda ffokati fuq din il-Ouija Board li kienu għamlu huma stess.
Immexxija minn Sue, għamlu l-qasma ta’ demm bejniethom u bdew isejħu sabiex jingħataw sinjal li ma kinux waħedhom.
Xi nofs siegħa wara, sar il-kuntatt, u bdew isaqsu diversi mistoqsijiet u tant ħasbu li marru tajjeb li rrepetewha għal xi tlett iljieli wara xulxin.
Għaddew xi xhur minn din l-esperjenza u t-tlieta li huma bdew jaraw li bdew jiġru affarijiet strambi u xi kultant koroh li ma kienx ikollhom kontroll fuqhom, tant li l-ħajja ta’ Sue u Fiona bdiet tmur ħażin minn ġimgħa għal ġimgħa.
Mill-ġimgħa d-dieħla, se nibdew naraw x’ġara lil Sue, il-ġimgħa ta’ wara Fiona u l-ġimgħa ta’ wara lil Tania.