Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) 92,000 persuna m'għandhomx biżżejjed flus biex fix-Xitwa li ġejja jsaħħnu darhom. Dan jgħodd għal 22.1% tal-poplazzjoni. Akter minn hekk, 103,000 persuna ma jifilħux jiffaċċjaw spejjeż li ma jkunux mistennija.
Għalkemm iċ-ċifri tal-faqar juru tnaqqis wara perjodu twil ta' 10 snin, xorta jibqa' fatt illi meta ħafna jitkellmu dwar vaganzi u safar 216,129 ma jifilħux iħallsu għal vaganza ta' ġimgħa. Dan jammonta għal 51.9%, jew il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin.
Il-poplazzjoni anzjana u familji b'ġenitur wieħed huma l-aktar li jbatu minn faqar materjali. Ir-rata ta' faqar fost l-anzjani kienet ta' 16.9% waqt li fost il-familji b'ġenitur wieħed kienet ta' 46.3%.