Il-kumpanija Spanjola ‘Autobuses de Lion’ fetħet mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti biex twaqqaf l-istrajk li qed isir bħalissa. Il-mandat huwa kontra l-GWU li sejħet l-istrajk kif ukoll kontra l-UĦM li qed tappoġġja l-istress strajk.
Tony Zarb qal li l-liġi tgħid li f’każ ta’ strajk, irid jingħata 50% tas-servizz, kienet iddaħħlet mill-eks ministru Austin Gatt mingħajr konsultazzjoni ma ħadd. Zarb ta x’jifhem li din id-deċiżjoni ddaħħlet kważi kważi b’mod arbitrarju meta kien qed jinnegozja biex jiddaħħlu l-Arriva. Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-GWU waqt konferenza tal-aħbarijiet li l-union qed tindirizza fil-venda tal-Belt Valletta.
Il-mandat huwa ffirmat mill-avukat tal-kumpanija, iben Lawrence Gonzi, Paul Gonzi.
Tony Zarba qal lill-kumpanija biex ma tkunx ġifa, waqt li sostna li huma bħala union qabbdu ukoll lill-avukati tagħħom u xorta ħa jitkomplew l-azzjonijiet indusrtrijali li ġew ordnati għal-lum.