L-Oroskopju għal din il-ġimgħa minn Paul Jon

Aquarius - Mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Bidu ta’ pjan għal din il-ġimgħa jidher li se jkun suċċess imma f’nofs il-ġimgħa tara li jista’ jitħassar kollox. Però, bid-determinazzjoni tiegħek, dan jitkompla u kollox imur tajjeb. L-importanti li int iżżomm kalm u tagħraf tieħu kollox fil-kontroll tiegħek. Tħalli lil ħadd jipprova jiżgwidak, dak li tħoss int għandek tagħmlu. L-ideat tiegħek huma l-ispirazzjoni tiegħek, emmen fik!

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 28 u 34.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma isfar, abjad u blu.

Pisces – Mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Xi kultant, ċerti impenji li int tagħmel, mhux dejjem jistgħu jsiru kollha. Dan mhux għax int persuna li ma żżommx kelmtek, anzi bil-kontra għax int persuna li tara li twassal u taqdi d-dmirijiet kollha li jiġuk u li twiegħed. Però, wiegħda li għamilt lil ħabib, issa għadda wisq żmien minn fuqha u żgur mhux ħa twettaqha minħabba ċirkostanzi li ma kellekx kontroll fuqhom. Kun sinċier ma’ dan il-ħabib. Esprimi r-raġun tiegħek u ħa jifhmek. Agħraf minn dan!

Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 11, 28 u 30.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar.

Aries – Mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April

Persuna viċin ħafna tiegħek tinsab għaddejja minn fażi ta’ emozzjoni ħażina u għandha bżonn l-għajnuna tiegħek, però anke int bħalissa qiegħed f’sitwazzjoni ta’ rabja li minħabba f’hekk, tista’ tieħu lil din il-persuna ħażin. F’dawn is-sitwazzjonijiet ftit imqallba, int trid tagħraf tkun kalm, ħalli tkun tista’ tiggwida lil din il-persuna u fl-istess ħin, int tegħleb dak li għandek madwarek. Aħseb sew qabel titkellem!

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 15, 29 u 37.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

Taurus – Mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Persuna li kellek sitwazzjoni negattiva magħha fil-passat, se tipprova terġa’ tersaq lejk u dak li kien problema bejnietkom, ħa turi li lesta tirranġa, jekk int lest tilqa’ l-proposti tagħha. Dan jaf ikun sinjal pożittiv ħafna għalik, u jekk int għadek single, hemm ċans tajjeb li din id-darba, tafu iktar minn dak li kien. L-esperjenza se tgħallmek li kollox jista’ jitranġa!

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 22 u 34.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

Gemini – Mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Minħabba li riesqa ġimgħa impenjattiva, l-ansjetà fl-istonku u l-eċitament jinħass sew madwarek. Dan ikompli jiżdied meta persuna tersaq għal kompromess li int ilek tixtieq. Kollox ma’ kollox, għandek ġimgħa li verament se taqtgħalek nifsek, imma l-abbiltà qawwija ta’ Gemini li jafu jieħdu kontroll, se jirnexxielha ssaħħek u tkabrek aktar. Sib ħin biex tirrilassa.

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma isfar, oranġjo u blu.

Cancer - Mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Laqgħa li qiegħda tħejji għaliha ma’ persuna li int ammirajt, għandek tippjanaha sew sal-inqas dettall ħalli tkun preparat u mhux tinqabad fuq xi sieq ħażina. Fittex il-kunċett ta’ reaġun. Xi kultant, ir-ras iebsa ta’ Cancer taf twassal għal żbalji. Wasal il-mument li int tagħraf it-tajjeb ta’ din il-persuna u ħares minn dak il-lat, ftakar biss fit-tajjeb li jista’ jirriżultalek.

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 29 u 38.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad , blu u isfar.

Leo – Mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Int taf fejn int sejjer però jista’ jkun għadu mhux il-waqt li dan jitwettaq, persuna madwarek li tista’ tkun ta’ gwida għalik, agħraf il-parir li jista’ jintqal lilek, ħalli int tgħeleb ċertu ostakli li jistgħu jinqalgħu, serraħ moħħok li din il-persuna għandha intenzjonijiet tajbin u ’l quddiem għandek tirringrazzjaha. Jekk int ma tridx il-parir tagħha, almenu uri l-apprezzament lejha.

Leo huma magħrufin kemm huma umli.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 24 u 40.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u deheb.

Virgo – Mit-23 ta’ Awwissu sa 22 ta’ Settembru

Pjanijiet li kellek u li kont qed tippjana, jistgħu jitħassru għal mument minħabba raġunijiet li mhumiex tort tiegħek. Dan mhux pjaċir tiegħek għax int tħobb tippjana u dejjem lest bil-pjanijiet tiegħek, imma xi kultant kollox jista’ jinqala’! Dan ma jfissirx li int m’intix flessibbli imma trid tagħraf timxi mal-mument u skont il-ħin. Xi kultant hemm dak il-qawl li jgħid, ‘Kull deni ħudu b’ġid’, dan jista’ jservi biex il-pjanijiet ikunu aħjar milli kienu se jkunu. 

 Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 23 u 30.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma oranġjo, isfar u kannella.

Libra – Mit-23 ta’ Settembru sa 23 ta’ Ottubru

Libra –mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru

Ħsieb jew idea li int kellek ġejja, ftit ftit qiegħed tagħraf li tista’ tkun xi ftit riskjuża. Għalkemm ġa kont bdejt tesprimi ma’ xi wħud, dawn il-ħsibijiet, issa li qiegħed tinduna li jaf ikun ftit riskjuż, aħjar li tħallih għalissa. Kif jgħaddu, il-qalb tħabrek, u ma jkunx ta’ xejn. Għalissa sakemm issib xi tarf, imxi mal-ħsibijiet li kellek u għamilt fil-passat, pprova kkombina b’dan il-mod. ’Il quddiem għad tagħraf li kien utli da nil-ħsieb ta’ bidla.

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa is-Sibt.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 23 u 34.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu , aħdar u abjad.

Scorpio – Mill-24 ta’ Ottubru sat-22 ta’ Novembru

Jekk qiegħed issib xi forma ta’ bilanċ fil-ħajja tiegħek, ibda mill-ħajja tiegħek fejn int trid tagħrad ċertu sitwazzjonijiet li għandek fejn trid tieħu d-deċiżjonijiet. Bħala Scorpio, mhux ħa jkun faċli li ssib dak il-bilanċ. Ibda biex tagħraf kemm għandek kwalitajiet tajba. Aktar ma ssib lilek malajr, aktar il-bilanċ isir possibbli u l-ħajja ta’ madwarek tieħu xejra aħjar minn kull naħa u tarf.

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 22 u 37.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.

Sagittarius – Mit-23 ta’ Novembru sat-22 ta’ Diċembru

Magħrufa għall-kumpanija tajba li toffri u għandek ġimgħa fejn ħa tħossok li għandek titwarrab u toqgħod xi ftit maqtugħ mill-oħrajn. Dan se jiġri biex int tbattal ftit min-negattiv li tieħu u timtela’ b’enerġija pożittiva. Ħa jkun mument fejn anke jiġuk ideat ġodda u pjanijiet. Ma jkunx ħażin li tippjana vaganza. Il-vojt tiegħek se jinħass ferm.

Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 19, 25 u 30.

Kulur favorit ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

Capricorn – Mit-23 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Nuqqas ta’ ftehim bejnek u bejn is-sieħeb tiegħek se joħloq diżgwid għalxejn bejnietkomu dan, peress li kien nuqqas, għandu jissolva. Jekk hemm xi ħaga li qiegħda ddejqek, tipprovax issib ix-xagħra fl-għaġina, imma indirizza l-problema jekk trid li r-relazzjoni titjieb. Però, anke int għandek bżonn tħares ħarsa madwarek ħalli tagħraf eżattament int xi trid. Kliem xieraq, ikun pass tajjeb min-naħa tiegħek.

 Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa.

L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 26 u 39.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, vjola u blu.

More in Socjali