“Jiena saċerdot, gay u għandi maħbub” kliem li bih tkeċċa mill-Vatikan
Teologu tal-Vatikan jitlob lil Knisja biex tiftaħ għajnejha u ma tibqax inumana fejn tidħol l-imħabba tal-omosesswali.
More in Socjali
Teologu tal-Vatikan jitlob lil Knisja biex tiftaħ għajnejha u ma tibqax inumana fejn tidħol l-imħabba tal-omosesswali.
F”Intervista mal-Corriere della Sera, Monsinjur Krzysztof Charamsa, it-teologu uffiċċjali tal-kongregazzjoni għad-duttrina tal-Fidi fil-Vatikan qal hekk, “Jien saċerdot u omosesswali. Kburi u ferħan bl-identita tiegħi u lest li nħallas kull konsegwenza. Iżda hu l-mument li l-Knisja tiftaħ għajnejha quddiem il-gay kattoliċi u tifhem is-soluzzjoni li qed jipproponu huma li l-astinenza minn ħajja ta’ mħabba hi diżumana.” Din id-dikjarazzjoni ħarġet eżatt qabel is-sinodu tal-Familja. Charamsa li hu Pollakk ta’ 43 sena qal li hu ddeċieda li joħroġ fl-apert għax hu neċessarju li jċaqlaq l-kuxjenza tal-Knisja, “għax diġa ninsabu tard wisq u mhux possibbli li nistennew ħamsin sena oħra. L-imħabba omosesswali hi wkoll imħabba tal-familja u li għandha bżonn il-familja. Koppja Lebjana jew omosesswali għandhom ikollhom dritt li jgħidu lil knisja li jemmnu fiha, ‘aħna ninħabbu skont in-natura tagħna u dan is-sabiħ tal-imħabba tagħna lesti li noffruh lil kulħadd. Din mhux pożizzjoni tad-duttrina attwali tal-knisja iżda aħna l-preżent tar-riċerka teoloġika.”
Meta tkellem dwaru nnifsu, Monsinjur Charamsa ammetta li għall-bidu l-omosesswalita kien iżommha mistura, “dan għamiltu biex inżomm b’mod mill-aktar metikoluż mat-tagħlim tal-knisja li l-prinċipju tal-omosesswalita ma jeżistix. U jekk hemm din għandha tinqered bit-talb u b’riflessjoni fuqek innifsek. Kien fundamentali d-djalogu m’Alla u l-konfront mat-teoloġija, il-filosofija u x-xjenza li wassalni biex nikteb lil Papa biex niżvela l-identita personali tiegħi. Minn dak iż-żmien għandi maħbub li għeni nittrasforma l-biżgħat tiegħi bis-saħħa tal-imħabba.”
Dan kollu wasslu biex il-vatikan keċċieh mill-post li kellu li kien ilu jaħdem fih mill-2003.
Sadattant is-saċerdot għajjat konferenza stampa flimkien mal-maħbub Spanjol tiegħu u attivisti favur il-gays f'ristorant Ruman. Kienet se ssir protesta kbira quddiem il-vatikan iżda din ġiet posposta għal post ieħor ftit qabel kellha ssir.
Il_vatikan qal li hu ma neħħiex lis-saċerdot minn postu għax qal li hu 'gay' iżda l-intervista li taha kienet waħda irresponsabbli lejlet sinodu tal-isqfijiet. Il-Vatikan qal li l-Papa se jkollu pressjoni qawwija mill-media minħabab dan il-kas.