Il-kuluri tal-Indja... il-kuluri ta’ kultura

Pajjiż b'kultura, kuluri u vivaċità

L-Indja hu pajjiż ta’ lwien differenti. Pajjiż ta’ diverġenzi kbar. Fejn il-faqar u l-ħmieġ jiddomina l-ambjent kollu, iżda t-turist ħafna drabi jarah biss mil-lussu tal-lukandi. Hu pajjiż li hu dominat minn tliet reliġjonijiet:  il-Ħindu, il-Buddiżmu u l-Iżlam, iżda dawn kienu kapaċi jintegraw flimkien mingħajr problemi ta’ xejn. Hemm żewġ klassijiet, dik sinjura u sinjura ħafna, u dik fqira u fqira ħafna, iżda hemm ħaġa waħda li tgħaqqadhom, il-mod ta’ kif iħarsu lejn il-ħajja. Fejn l-ispiritwalità tiddetta fuq il-politika. L-uċuħ tagħhom juru eżatt dawn l-erba’ versi li ktibt. Kollha bi tbissima, mimlija lwien u b’ħarsa trankwilla li tferraħhom meta titlobhom joqogħdulek għar-ritratt bl-għajta ta’ ‘foto, foto’. U ħassejt li nieħu ritratti ta’ wċuh differenti li ltqajt magħhom fl-10 ijiem li dort in-naħa ta’ fuq tal-Indja, Delhi, it-trijanglu tad-deheb u ż-żona tal Bihar u Varanasi. Nippreferi li dawn iż-żewġ paġni jkunu r-ritratti li jitkellmu aktar milli nikteb jien. Anzi se nwassal dawn ir-ritratti Bla Kumment.

More in Socjali