L-Ingilterra m'għadhiex l-aqwa pajjiż fl-Ewropa fejn jidħlu d-drittijiet tal-LGBT wara li ġarret dan il-post għal 4 snin fuq xulxin.
David cameron kien dejjem jiftaħar bl-ewwel post fl-ewropa fejn kien jgħid li l-Ingliżi għandhom bie xikunu kburin li huma magħrufa bħala l-ewwel fejn jidħlu lesbians, gay, bisesswali u trajns. Iżda llum dan il-post ħaditu Malta bi skor ta' 89% minn selezzjoni ta' 40 kriterji filwaqt li l-Ingilterra fit-tieni post għandha skor ta' 86%. Dan wasal wara li skont il-Pink Magazine kitbu li Malta hi l-ewwel pajjiż li għamlu liġi kontra operazzjonijiet fuq trabi intersex, introduċew edukazzjoni inklussiva LGBT u l-bidu tal-unjoni ċivili.