11-il sejba ta' droga fi skejjel tal-Gvern is-sena li għaddiet

27 sejba ta' droga għall-użu personali fi skejjel fl-aħħar 10 snin

Matul l-2014, saru 11-il sejba ta' drogi fi skejjel tal-istat. Dawn is-sejbiet irriżultaw li d-droga misjuba kienet kollha għall-użu personali.

F'dawn l-aħħar għaxar snin, ma nstab l-ebda każ ta' droga fi skejjel indipendenti, waqt li fi skejjel tal-knisja, kien hemm sejba waħda fl-2005, għalhekk, fil-maġġoranza assoluta tal-każi, is-sejbiet saru fi skejjel tal-istat.

Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li d-deputat Laburista Silvio Schembri lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Minn statistika li ppreżenta l-Ministru Bartolo deher kif matul is-sena 2014 kien hemm 11-il każ ta' sejba tad-droga, li jikkuntrasta sew mal-każ wieħed li kien hemm fis-sena ta' qabel, jew it-tnejn li kien hemm fl-2012. 

Matul l-2015, kien għad m'hemm l-ebda sejba ta' drogi fl-iskejjel, bl-informazzjoni tkun miġbura sad-29 ta' Settembru.

More in Socjali