Imħassra ċ-ċena taċ-CHOGM li kellha ssir f'Ħaġar Qim

It-temp ħażin u r-riħ qawwi ġiegħlu lill-organizzaturi jċaqalqu din iċ-ċena

Ir-Reġina tindirizza lill-kapijiet tas-stat waqt iċ-ċena tal-bieraħ fil-għaxija
Ir-Reġina tindirizza lill-kapijiet tas-stat waqt iċ-ċena tal-bieraħ fil-għaxija

L-ikla li kellha ssir illejla fit-tempji ta' Ħaġar Qim għall-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth u n-nisa/rġiel tagħhom tħassret minħabba l-maltemp u minflok se ssir fix-Xara Lodge fir-Rabat.

Din l-ikla organizzata mill-Prim Ministru, kellha ssir fit-8 ta' filgħaxija. Minkejja t-temp ħażin u r-riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin matul l-aħħar jiem waqt l-istess żjara tar-Reġina Eliżabetta u l-kapijiet tal-istati tal-Commonwealth, ħafna mill-avvenimenti l-oħra li ġew organizzati għas-summit taċ-CHOGM ma ġewx affetwati minn dan, għalkemm kien hemm xi tibdiliet

Iż-żjara Rjali li bdiet il-Ħamis li għadda, għandha tasal fi tmiemha kmieni wara nofsinhar illum meta r-Reġina u l-Prinċep Filippu jitilqu minn pajjiżna għall-ħabta tas-1pm. Minkejja dan, il-laqgħat taċ-CHOGM għandhom jiġu fi tmiemhom għada.
 

More in Socjali