Safyre Terry ta' 5 snin minn New York, kienet involuta f'inċident sentejn ilu li ħalliha bi ħruq fuq 75% ta' ġisimha. L-istess inċident ħalliha mingħajr familja hekk kif hi biss irnexxielha ssalva min-nirien. Safyre għandha biss xewqa waħda dan il-Milied, u din hija li tirċievi kartolini tal-Milied biex tkun tista' ddendilhom.
In-nirien ta' sentejn ilu ħalla vittma tiegħu lil missierha u lit-tliet ħutha iżgħar minnha u hi salvat biss għaliex kien hemm missierha jservi ta' tarka fuqha u b'hekk ipproteġiha min-nirien.
Minn mindu iz-zija ta' Safyre talbet għal dawn il-kartolini għan-neputija tagħha, Safyre diġà rċeviet ammont ta' kartolini biex tkun tista' ddendilhom mas-siġra ta' kartolini li għandha.
It-tifal ta' ħames snin kellha tgħaddi minn ammont kbir ta' operazzjonijiet, madwar 50, u diġà tilfet idejha l-leminija u saqajha x-xellugija, waqt li qed ikollha xi problemi b'ħalqha. Iz-zija ta' Safyre, li hija għandha l-kustodja tat-tifla kienet għamlet appell fil-bidu ta' Diċembru biex persuni madwar id-dinja jibgħatulha kartolini dan il-Milied. Diġà rċeviet ammont ġmielu u dan għamilha ferħana mmens.
Il-kartolini għal Safyre għandhom jintbagħtu lil P.O. Box 6126 Schenectady, NY 12306, USA